L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura lill-President tal-KOM

Il-Kumitat Ezekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jixtieq jifraħ lill-President il-ġdid tal-Kumitat Olimpiku Malti, is-Sur Julian Pace Bonello hekk kif ħie maħtur fil-kariga l-ġdida tiegħu.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tinsab konvinta li bil-kapaċitajiet tas-Sur Pace Bonello il-Kumitat Olimpiku Malti se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu għal ġid tal-iSport f’Malta u jimbarka sabiex jintlaħqu tragwardi ġodda.

L-Għaqda tinnota b’sodisfazzjon il-ħatra ta’ Pace Bonello bħala President iktar u iktar minħabba li dan kien jokkupa l-kariga ta’ Viċi President għal dawn l-aħħar snin u għalhekk se jkun hemm kontinwita’ assigurata li se tkompli fuq il-ħidma tal-amministrazzjon preċedenti.

Awguri wkoll liċ-Chairman il-ġdid tal-KMS

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura u tifraħ ukoll liċ-Chairman il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-iSport li għadu kif ġie maħtur mill-Gvern, is-Sur Jonathan Barbara.

L-Ezekuttiv tal-GħĠS jinnota b’sodisfazzjon lil l-Bord tad-Diretturi tal-KMS ilġdid għandu taħlita ta’ elementi ta’ individwi li ġejjin minn backgrouns differenti, fosthom amminsitrattivi u kummerċjali li imħalta ma’ individwi b’esperjenza diretta fl-iSport se jkunu qedgħin jaħdmu fuq il-politka tal-Bord preċedenti u fuq inizjattivi ġodda.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura kull suċċċess lid-diretturi kollha fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Maltu kif ukoll tal-Kunsill Malti għall-iSport.

Finalment l-Għaqda Ġurnalisti Sports tixtieq tirringrazzja u trodd ħajr kemm lill-ex Chairman tal-KMS is-Sur Bernard Vassallu u lill-ex Presidnet tal-KOM l-Imħallef Lino Farrugia Sacco tas-servizz li taw fl-aħħar snin.

 

Nigel Mifsud
Uffiċjal responsabbli mill-Kommunikazzjoni
Għaqda Ġurnalisti Sports Malta