Charles Camenzuli, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Segretarju Ġenerali ta’ AIPS Europe, l-assoċjazzjoni fi ħdan l-AIPS li tirregola l-ġurnaliżmu tal-isport fl-Ewropa mhux se jkun ikkontestat fl-elezzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv li għandha ssir f’April 2014 waqt il-Kungress tal-AIPS li għandu jsir f’Baku, Azerbaijan.
It-terminu f’din il-kariga huwa għal tliet snin flok erba’ snin kif solitu jsir, dan biex il-konfederazzjonijiet kollha fi ħdan l-AIPS ikollhom l-elezzjoni li jmiss fl-2017.
L-istess bħal Camenzuli mhux se jkunu kontestati Yannis Daras (Greċja) u Murat Agca (Turkija) fil-karigi ta’ President u Teżorier rispettivament.
Charles Camenzuli huwa wkoll Segretarju Ġenerali Onorarju għal għomru fi ħdan l-AIPS wara li bejn l-1989 u l-2007 dejjem kien elett fl-Eżekuttiv .
Għal kuntrarju hemm xejn anqas minn 16 –il membru mill-Ewropa li minnhom iridu jiġu eletti 9 għall-eżekuttiv 2014-2017. Dawn huma:
Barker Philip – Renju Unit
Coppola Gianfranco – Italja
Ismaylov Eldar – Azerbaijan
Jakobsche Jerzy – Polonja
Kirsberg Kristi – Estonja
Lipovac Nikola – Kroazja
Magee Jimmy – Irlanda
Milinkovic Predrag – Serbja
Naert David – Belgju
Nastassia Marynina – Belarus
Nenartavicius Gintaras – Litwanja
Pfeistlinger Gunter – Awstrija
Prieto Rodriguez Juan Antonio – Spanja
Rossoshik Lev – Russja
Ventouillac Marc – Franza
Zwingmann Hans Joachim – Germanja
L-Għaqda Ġurnalisti Sports Malta tawgura kull suċċess lill-President tagħha fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali fi ħdan l-AIPS Europe għat-terminu li jmiss u tawguralu iktar ħidma b’risq il-ġid tal-ġurnalisti tal-Isport Ewropej. Żgur li din il-kariga hija waħda ta’ prestiġju anke għall-pajjiżna.
Leave A Comment