Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel żjara ta’ kortesija lis-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Riċerka u Sport l-Onor Chris Agius għall-ewwel darba sa minn mindu s-Sur Agius ingħata din il-kariga f’din il-legislatura.
Id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports immexxija mill-President Charles Camenzuli, ħadet l-opportunita’ li tispjega l-funzjoni tagħha fi ħdan il-ġurnalisti u reporters lokali li jsegwu l-iSport Malti.
Fost it-temi li ġew diskussi kien hemm ir-relazzjoni futura u għajnuna mis-Segretarjat lejn l-GħĠS, il-futur tal-iSportivi Nazzjonali, u s-sehem tal-GħĠS fi ħdan strutturi tal-Kunsill Malti għall-iSport.
Minn naħa tiegħu is-Sur Agius faħħar id-diversi inizjattivi tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u rrimarka l-importanza ta’ sehem il-ġurnalisti u tar-reporters tal-iSport favur it-tkabbir u iktar suċċess għall-iSport Malti.
Is-Sur Agius kellu wkoll kliem ta’ tifħir għall-amministrazzjoni preżenti tal-GħĠS li għandha taħlita ta’ rapreżentanza t’esperjenza imħallta m’element żagħżugħ fit-tmexxija tal-Eżekuttiv.
Leave A Comment