L-Erbgħa ġie fi tmiemu t-78 Kungress tal-AIPS li kien qed isir f’Pariġi fi Franza. Fost diversi temi li ġew diskussi kien hemm il-problema tal-match fixing problema reali imxerrda madwar id-Dinja sportiva. Fuq dan is-suġġett indirizza lit-303 delegat preżenti waqt dan il-Kungress Younes El Machrafi s-Segretarju tal-Global Lottery Monitoring System u membru tal-World Lotteries Association.
Waqt il-kungress ġiet diskussa wkoll is-sitwzzjoni tad-drittijiet tar-Radju u televizjoni fejn diversi assoċjazzjonijiet u organizzaturi ta’ attivitajiet sportiv qed jitolbu ħlasijiet esaġerati lill-ġurnalisti sabiex dawn ikunu jistgħu jingħataw akkreditazzjoni u jxandru dirett fuq il-mezzi tal-media rispettivi u kummenti saħansitra minn ‘mixed zones’. Sussegwentament l-AIPS Europe ippreżentat tlett petizzjonijiet lil tlett kumitati fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeja li kienu ndirizzati lill-kumitati tal-Public Liberty, Internal Market u Sport and Culture. Eventwalment żewġ kumitati m’aċettawx il-petizzjoni u qed issir ħidma sabiex din il-petizzjoni tasal fl-għola istituzzjonijiet ewropej u tinstab soluzzjoni immedjata.
Kelliema oħra waqt il-Kungres kienu Anthony Edgar Kap tal-Media tal-IOC l-Kumitat Olimpiku Inernazzjonali, Lucia Montarella Kap tal-Media tal-Olimpijadi ta’ Rio 2016, Segolene Valentin Relations Manager tal-FIFA u Thoms Giordano Senior Manager and PR Manager tal-UEFA.
Fil-konklużjoni tal-Kungress tal-AIPS ġie approvat ir-rapport amministrattiv tal-President tal-AIPS kif ukoll ġew approvati l-minuti tal-kungress preċedenti li kien moqri mis-Segretarju Ġenerali ad interim Evelyn Watta.
Fil-konklużjoni tiegħu tal-kungress il-President Merlo apella lill-assoċjazzjonijiet kollha sabiex iħeġġu l-membri rispettivi sabiex jisottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ewwel edizzjoni tal-iSport Media Pearl Awards sponsorjati minn Abu Dhabi Media. Merlo semma wkoll diversi proġetti li qed taħdem fuqhom l-AIPS speċjalment il-proġett tal-Young Reporters proġett li din is-sena se jieħu 15 il ġurnalist żagħżugħ /a membri tal-AIPS għall-esperjenza ta’ ‘l fuq minn xahar jirraporta l-Kampjonati tal-UEFA ta’ taħt il-21 sena li se jsiru fir-Republika Ċeka f’Ġunju li ġej. L-istess progett għal ġurnalisti żgħażagħ jista’ jkun estiz għall-ewwel Edizzjoni tal-European Games f’Baku, l-Azerbaijan.
Il-Kungress intemm b’diskussjonijiet interessanti dwar l-impatt fuq il-media tal-istazzjonijiet li jxandru l-kronaka u l-isport fuq bażi ta’ 24 siegħa sebat ijiem fil-ġimgħa u l-importanza tal-liberta’ tal-espressjoni tal-ġurnalisti kollha speċjalment dawk ġurnalisti tal-Isport.
Ritratti:
Sandro Micallef Segretarju Ġenerali GħĠS f’ritratt mal-Ezekuttiv tal-AIPS Europe mmexxi mill-President Yannis Daras u mis-Segretarju Ġenerali Charles Camenzuli.
Il-President u s-Segretarju Ġenerali tal-GhĠS Charles Camenzuli u Sandro Micallef flimkien mal-President tal-AIPS Gianni Merlo.
Leave A Comment