young reportersGħall-ewwel darba fl-istorja tal-ġurnaliżmu sportiv Malti, membru tal-Għaqda Ġurnalisti Sports intgħażel mill-Association Internationale de la Press Sportive (AIPS)  sabiex jagħmel parti minn grupp ta’ tnax -il  ġurnalist żagħżugh fil-progrett tal-AIPS – YOUNG REPORTERS PROGRAMME għall-ewwel edizzjoni tal-EUROPEAN GAMES illi għandhom isiru f’Baku, Ażerbaijan bejn it-12 u t-28 ta’ Ġunju 2015

Il-ġurnalist membru tal-GħĠS li ntgħażel mill-AIPS fost ġurnalisti mill-assocjazzjonijiet affiljati mill-Ewropa huwa STEWART SAID. Il-proġett tal-AIPS jiġbor fih l-ispejjeż kollha fil-perjodu kollu tal-kompetizzjoni bil-ġurnalisti jgħamlu parti minn grupp ta’ ġurnalisti li matul il-kompetizzjoni jipprovdu d-dettalji kollha necessarji lil media internazzjonali permezz tas-sit eletronniku tal-AIPS –www.aipsmedia.com kif wkoll għal publikazzjoni ewlenija AIPS Magazine.

Il-ġurnalisti magħżula jingħataw gwida u taħriġ minn ġurnalisti specjalizzati illi jmexxu dan il-proġett. Dawk magħżula flimkien ma’ żewġ ġurnalisti mill-Ażerbaijan, huma :

  1. Martin Schauhiber – Austria
  2. Alexander Sotirov – Bulgaria
  3. Karlo Tašler – Croatia
  4. Merili Luuk – Estonia
  5. Sofia Tsikou-Simaioforidou – Greece
  6. Petra Mihályi – Hungary
  7. Ryan Byrne – Ireland
  8. STEWART SAID – MALTA
  9. Ugo Curty – Switzerland
  10. Ruslan Medlebek – Kazakhstan

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Charles Camenzuli – Segretarju Ġenerali Onorarju tal-AIPS flimkien mas-Segretarju Ġenerali GħĠS, Sandro Micallef kienu strumentali fl-applikazzjoni Maltija wara l-ewwel kuntatti illi saru waqt il-Kungress tal-AIPS li sar f’Pariġi ix-xahar li għadda.