SPORT MALTA AWARDS – GĦAŻLIETSPORTIVI NAZZJONALI

REGOLAMENTI ĠENERALI U PUNTI TA’ REFERENZA

Kumitat Organizattiv :

Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali huma mmexxija minn Kumitat Organizattiv magħmul minn:

Chairman, 3 membri mill-Għ.Ġ.S, 3 membri minn Sport Malta

43ea7871-480c-4cd6-8f24-fe7bc05eb81b

——————————————————————————–

Il-Kumitat Organizattiv jinħatar għal organizazzjoni ta Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali għal perjodu li jkopri l-organizazzjoni u xoljiment ta’ l-edizzjoni li għalija jkun iħatar.

Kategoriji :

Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali jinkorkoraw is-segwenti :

1) L-Isportiv tas-Sena

2) L-Isportiva tas-Sena

3) It-Tim tas-Sena

4) L-Ufficjal / Amminisratur tas-Sena

5) Il-Kowc tas-Sena

6) L-Atleta Żgħażugħ tas-Sena – irġiel

7) L-Atleta Żgħażugħ tas-Sena – nisa

8) Rikonoxximent : L-Avveniment tas-Sena

9) Rikonoxximent : Atleti b’Diżabilita’

10) Rikonoxximent : L-Aħjar Atleta Għawdxi

Għal kartegoriji mill- 1 sas 7 jikkwalifikaw dawk illi matul is-sena ta’ sport : mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Dicembru tas-sena partikolari jkunu kisbu riżultati pożittivi fl-isport rispettiv tagħhom fuq livell internazzjonali u / jew riżultat notevoli fuq livell nazzjonali.

Riżultati f’kompetizzjonijiet internazzjonali jitkejjlu fuq riżultati miksuba f’dik is-sena ta’ sport fuq is-segwenti :

o Logħob Olimpiku / Sajf / Xitwa / Żgħażagħ

o Kampjonati tad-Dinja

o Kampjonati tal-Ewropa

o Logħob tal-Commonwealth / Żgħażaġħ

o Logħob tal-Mediterran / Beach Games

o Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa

o Logħob ieħor internazzjonali li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti.

o Logħob iehor internazzjonali li jaqa’ taħt il-ġuristizzjoni tal-assocjazzjonijiet / federazzjonijiet internazzjonali li l-assocjazzjoni / għaqda nazzjonali tkun affiljata magħhom.

o Kampjonati Nazzjonali.

 

Nominazzjonijiet :

In-nominazzjonijiet minn kull għaqda nazzjonali tal-isport affiljata mal-Kumitat Olimpiku Malti u / jew rikonoxxuta minn Sport Malta jitressqu fit-terminu ta’ żmien stipulat mill-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards l-Għazliet Sportivi Nazzjonali .

Il.-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali jżomm id-dritt li jinnomina, jaccetta u / jew jirrifjuta kull nominazzjoni oħra li fid-diskrezzjoni tiegħu jħoss li b’tali deciżzjoni il-firxa tan-nominazzjonijiet tkun l-aktar waħda ġusta u reali.

Jikkwalifikaw dawk l-atleti, ufficjali, amministraturi, timijiet – skond il-kategoriji hawn fuq indikati li jkunu rrappreżentaw lil-Malta fl-isport rispettiv tagħħom matul dik is-sena partikolari.

Mal-Kategorija ‘ Sportiv tas-Sena ‘ hemm abbinat it-Tofew Għaqda Kittieba Sports – xogħol l-artist Emvin Cremona.

Għal kategorija tat-timijiet jikkwalifikaw dawk magħmula minn żewġ persuni jew aktar inklużi ‘doubles’ , timijiet tar-relay , timijiet ‘mixed’ , timijiet ‘masters’.

Jikkwalifikaw dawk l-atleti żgħażagħ illi fis-sena partikolari ta’ sport ikunu sal-eta’ ta’ 17 il-sena u aktar iżda ma jkunux għalqu l-eta’ ta’ 18 il-sena.

Din tapplika għaż-żewġ kategoriji.

Ma’ din il-Kategorija/i hemm abbinat it-Trofew John Debattista.

Għal kategoriji 8 u 9 u għal kull kategorija oħra ulterjuri ir-rokonxximent lil min dovut ikun deciż mill-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali illi jżomm id-dritt li jitlob rakkomandazzjoni mill-għaqda nazzjonali rispettiva biex isaħħaħ l-għażla .

Fic-cirkostanza li jirrizulta li xi nominazzjoni fil-perjodu tal-process ta’ għażla tkun qed iġġorr magħha xi deciżjoni ta’ dixxiplina , azzjoni fil-Qrati tal-Ġustizzja, każ ta’ Doping u kull każ ieħor li jmur kontra l-etika tal-isport, tali nominazzjoni tkun awtomatikament micħuda u eliminata .

Dawk kollha nominati f’kull kategorija jkunu intitolati għal Certifikat ta’ partecipazzjoni maħruġ mill-Kumitat Organizattiv.

 

Votazzjoni :

Minn nominazzjonijiet imressqa fil-kategoriji 1 sa 7 skond hawn fuq, ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jivvutaw sabiex bil-vot tagħhom ikunu magħżula ħames (5) finalisti f’kull kategorija.

Jikkwalifikaw biex jivvutaw dawk il-ġurnalisti li jkunu fil-pussess tal-Media Card u / jew ikunu konformi fil-ħlas tal-menswalita’ ta’ sħubija għal dik is-sena ta’ sport partikolari kif konfermat mis-Segretarjat Għ.Ġ.S.

Għal votazzjoni tas-Serata Finali ir-rebbieħa jingħażlu minn panel ta’ 7 ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li jirrappreżentaw firxa wiesgħa tal-media tal-isport lokali.

Il-Panel ikun approvat mill-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u eventwalment ratifikat mill-Kumitat Organizattiv.

Il-Kumitat Organizattiv jibqa’ l-għola awtorita’ bi dritt li jaġġorna / ibiddel / itejjeb dawn ir-Regolamenti kull meta jħoss illi tibdil tali jwassal għal titjib fl-organizazzjoni u process tal- Għazliet Sportivi Nazzjonali – Sport Malta Awards.