L-Għaqda Ġurnalisti Sports tagħmel riferenza għal fatt illi sa llum 22 ta’ Marzu 2016 l-MFA naqset milli tibgħat risposta adekwata għal żewġ ittri li ntbgħatu rispettivament fid-9 ta’ Marzu u fl-10 ta’ Marzu in konnessjoni ma’ kummenti li l-President tal-MFA is-Sur Norman Darmanin Demajo għadda fir-rigward tal-media kif wkoll għal kummenti illi l-Ufficjal tal-Media s-Sur Mark Attard għadda f’kumment f’Facebook fir-rigward il-President tal-Għ.Ġ.S.
Kopji taż-żewġ ittri annessi .
Fl-istess waqt l-Għaqda Ġurnalisti Sports b’dispjacir tinnota l-aġir tal-President tal-MFA waqt il-programm ‘ Replay ’ tal-Ħadd 20 ta’ Marzu 2016 li xxandar fuq NetTV fejn matul l-istess programm irrifera għal ġurnalist is-Sur Matthew Mamo bħala ‘messaġġier’ liema riferenza hija dispreġjattiva fil-konfront ta’ ġurnalist professjonali fi ħdan Media.link communications.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali l-Għ.Ġ.S tittama li l-MFA u ufficjali tagħha mhux biss juru rispett lejn il-media tal-isport lokali iżda wkoll li tirrispondi kif titlob l-etika. Fin-nuqqas l-Għ.Ġ.S iżżomm id-dritt għal kull azzjoni mill-membri tagħħa fiż-żmien opportun.