It-tim tal-istaff taċ-Ċentru Tekniku tal-MFA huma r-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena tat-tournament organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports li sar fic-Centenary Stadium u li l-għan ewlieni tiegħu kif dejjem ikun hu dak li dawk li jahdmu fil-football jiltaqghu b’mod informali f’dawn iz-zminijiet kif ukoll li jinġabru fondi għall-Istrina.
Wara li t-tim tal-GħĠS għeleb lil Malta Football Referees Association bl-iskor ta’ 4 – 0 fl-ewwel logħba b’gowls ta’ Alex Ellul, Stewart Said, Jean Carl Cuschieri u Claudio Gatt, fl-aktar partita ibbilanċjata t-tim tal-istaff tac-Ċentru Tekniku tal-MFA għeleb lil ġurnalisti bl-iskor ta’ 5 – 3.
Daniel Attard fetah l-iskor għal ġurnalisti iżda żewg goals minn Peter Pullicino qabel il-mistrieħ taw vantaġġ lil MFA b’Simon Agius jgħamel l-iskor 3 – 1 għall-istess MFA. Reazzjoni mill-Għaqda Ġurnalisti Sports li permezz ta’ Antvin Monsigneur u Claudio Gatt għamlu l-iskor 3 – 3. Doppjetta ta’ Karl Sciortinio għall-MFA għamlet l-iskor finali 5 – 3
Dan it-tournament ta’ Boxing Day l-għada tal-Milied ilu jiġi organizzat mill-media tal-isport lokali mill-1975 u fl-aħħar snin permezz tiegħu jinġabru għotjiet fost dawk li jippartecipaw għal fond tal-Istrina. Għall-ewwel darba l-Organizaturi ta’ dan it-Tournament l-Għaqda Ġurnalisti Sports affiljaw it-Tournament fil-program ufficjali ta’ Solidarjeta’ bl-Isports.
Fil-bidu tat-Tournament attendiet l-E.T Marie Louise Coleiro Preca – President ta’ Malta li kienet milqugħa fost l-oħrajn mill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo u minn uffiċjali oħra tat-timijiet li ħadu sehem.
Ritratti: Domenic Aquilina
Leave A Comment