unnamedSaru magħrufa l-finalisti għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-iSport Malta Awards Għazliet Sportivi Nazzjonali, avveniment organiżżat b’mod konġunt minn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Il-finalisti tħabbru waqt attivita’ li saret it-Tnejn filgħaxija f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt Valletta u li ġiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żagħżagħ u Sport Chris Agius, iċ-Chairman ta’ SportMalta Dr Luciano Busuttil, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar u l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli.

Għal sena oħra l-konkors se jonora sportivi maqsuma f’seba’ kategoriji differenti li se jiġu vvutati mill-ġurnalisti sportivi lokali waqt is-serata finali li se tittella’ s-sibt 25 ta’ Frar f’Dar il-Mediterran. Il-ġurnalisti se jkunu qed jirraprezentaw media houses differenti.

Għall-edizzjoni ta’ din is-sena ġew ikkonfermati l-awards tradizzjonali dawk ta’ sportiv, sportiva, żagħżugħ, żagħżugħa, tim, kowċ u uffiċjal tas-sena, bis-soliti rikonoxximenti jmorru għand l-atleti ta’ Special Olympics Malta, l-aħjar sportiv Għawdxi u l-avveniment tas-sena. Magħhom il-People’s Choice Award li jintagħżel b’votazzjoni popolari.

Il-finalisti ġew magħżula b’votazzjoni li saret mill-ġurnalisti sportivi membri fl-Għaqda Ġurnalisti Sports. F’erba’ kategoriji hemm sitt finalisti u mhux ħamsa minħabba li kien hemm min ġab l-istess ammont ta’ voti.

Il-finalisti kollha tas-seba’ kategoriji vvutati mill-ġurnalisti huma:

Sportiv tas-Sena

Camilleri Stevie – Waterpolo

Chetcuti William – Sparar

Degiorgio Charles – Tiġrijiet taż-żwiemel

Micallef Duncan – Drag Racing

Xuereb Nathan – Sparar

 

Sportiva tas-Sena

Abela Sue – Ten Pin Bowling

Carannante Tiziana – Ten Pin Bowling

Pellicano Helene – Tennis

Wingfield Charlotte – Atletika

Zammit Stevens Yazmin – Weightlifting

 

Uffiċjal tas-Sena : (6)

Azzopardi Esther – Football 

Borda Joseph – Rugby

Camilleri Terry  – Snooker

Caruana Jesmond – Weightlifting

Sultana Paul – Basketball

Zammit John – Ċikliżmu

 

Kowċ tas-Sena : (6)

Adamoli Angela – Basketball

Bugeja Jimmy – Sparar

Farrugia Anthony – Waterpolo

Holliday Daniel – Rugby

Izzo Karl – Waterpolo

Vella Silvio – Football

 

Żagħżugħ tas-Sena (6)

Cassar Kurt – Basketball

Galea Luke – Karate

Giordimaina Gary – Lotta

Magro Matthew – Ten Pin Bowling

Plumpton Ben – Waterpolo

Sultana Kijan – Squash

 

Żagħżugħa tas-Sena

Al Tumi Hannah – Basketball

Attard Gliveau Nicole – Atletika

Grillo Sana – Ġinnastika

Pellicano Helene – Tennis

Shultheis Victoria – Ibburdjar

Xuereb Sara  – Ten Pin Bowling

 

Tim tas-Sena

Basketball: Tim Nazzjonali Nisa

Football: Tim Nazzjonali Rġiel U/21

Snooker: Tim: Alex Borg & Brian Cini

Waterpolo: Tim Nazzjonali Irġiel – ‘A’

Waterpolo: Tim Nazzjonali Under 19

Minbarra s-seba’ kategoriji ivvutati mill-ġurnalisti sportivi se jkun hemm ukoll il-People’s Choice Awards. Hawnhekk il-pubbliku se jkun jista’ jivvota online minn fuq is-sit uffiċjali ta’ Sport Malta https://www.sportmalta.org.mt/events/sportmalta-awards.

Il-ħames finalisti f’din il-kategorija huma:

 People’s Choice Award

Tiziana Carannante – Bowling

Willima Chetcuti – Sparar 

Keith Galea – Triathlon

Dennis Thornton – Regatta

John Zammit – Ċiklizmu

Waqt l-attivita’ tat-Tnejn filgħaxija ġew ipprezentati wkoll ċertifikati ta’ parteċipazzjoni lis-semifinalisti kollha tal-SportMalta Awards Għazliet Sportivi Nazzjonali ta’ din is-sena.

SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali għandhom storja ta’ ’l fuq minn 55 sena fejn dawn l-għażliet żviluppaw minn sena għal sena. Sa mill-ewwel edizzjoni, li rat lil Wilfred Pirotta fl-1960 jirbaħ l-unur tal-Isportiv tas-sena, sal-lum fejn dan l-avveniment kiber fil-popolarità tiegħu kemm bil-parteċipazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet, il-ġurnalisti tal-isport u anke l-pubbliku ġenerali.

Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali jsiru nhar is-Sibt 25 ta’ Frar 2017 fis-Sala tal-Konferenzi ta’ Dar il-Mediterran il-Belt Valletta  u s-serata se tixxandar diretta fuq TVM2 bit-trasmissjoni tibda fit-8.15pm. Preżentazzjoni ta’ Pamela Schembri.