Is-Sibt filgħaxija saret is-56 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, serata li fiha ġew ippremjati atleti kif ukoll uffiċjali għall-kisbiet tagħhom matul is-sena 2016.
Ir-rebbieħa kollha ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li kienu organizzati b’mod konġunt bejn SportMalta, l-Għaqda Ġurnalisti Sports u s-Segretarjat responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport huma dawn:
Sportiv tas-Sena: Duncan Micallef (Drag Racing)
Sportiva tas-Sena: Tiziana Carannante (Ten Pin Bowling)
Żagħżugħ tas-Sena: Ben Plumpton (Waterpolo)
Żagħżugħa tasSena: Helene Pellicano (Tennis)
Team tas-Sena: Team Nazzjonali Malti tal-Football U21
Uffiċjal tas-Sena: Esther Azzopardi (Football)
Kowċ tas-Sena: Silvio Vella (Football)
Peoples Choice Award: John Zammit (Ċikliżmu)
Waqt is-serata ngħataw unuri oħra fosthom lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Badminton għall-aħjar avveniment internazzjonali organizzat f’Malta u lil Joe Bajada li ddistingwa ruħu bil-ħidma tiegħu fil-gżira Għawdxija. Mark Agius (Boċċe) u Ann Marie Bugeja (Ġinnastika) ingħataw l-unur tal-iktar atleti ta’ Special Olympics li spikkaw matul is-sena 2016.
Is-serata li xxandret b’mod dirett fuq TVM2 kellha preżentazzjoni ta’ Pamela Schembri. Waqt is-serata saru diskorsi minn Luciano Busuttil, Chairman ta’ SportMalta, Charles Camenzuli President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Mark Cutajar Chairman tal-Kumitat Organizzattiv u mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius.
Repetizzjoni tas-serata ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportvi Nazzjonali tixxandar fil-jiem li ġejjin fuq TVM2 u tkun disponibbli wkoll on-demand fuq tvm.com.mt
Leave A Comment