Stqarrija għall-Istampa
illum 8 ta’ Mejju 2017
L-Għaqda Ġurnalisti Sports turi d-diżaprovazzjoni tagħha għal-fatt li wara tlett ijiem mill-inċident li fih kien involut ġurnalist tal-iSport, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football baqgħet siekta dwar dan il-każ u l-anqas biss ħarġet stqarrija ta’ kundanna u solidarjeta’ ma’ dan il-ġurnalist li jirraporta regolarment il-kompetizzjonijiet tal-MFA.
L-Inċident seħħ nhar il-Ġimgħa fil-Hiberbians Stadium, meta membru tal-kumitat ta’ Birkirkara FC intimida u hedded lil dan il-ġurnalist. Il-każ qed ikun investigat mill-Pulizija.
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tħoss li l-MFA kellha tirreaġixxi għal dan l-inċident kif tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet oħra ferm inqas importanti’ li jseħħu fil-football Malti.
Wieħed isaqsi jekk l-MFA kienitx saħansitra ssejjaħ konferenza stampa wara li tkun ħarġet stqarrija ta’ kundanna li kieku din l-aggressjoni saret fil-konfront ta’ xi uffiċjal tal-MFA.
Intant l-Għaqda Ġurnalisti Sports tirringrazzja lill-President ta’ Birkirkara Dr Adrian Delia li għamel kuntatt personali mal-ġurnalist involut fejn esprima solidarjeta’ u kkundanna dan l-aġir li sar minn din il-persuna rresponsabbli u immatura.
Leave A Comment