Analiżi dwar is-sitwazzjoni tal-medja tal-isport u l-isport f’Malta.

CHARLES CAMENZULI – President AIPS Europe

 

  • X’inhi s-sitwazzjoni mal-isport Malti vis a vis il-medja tal-isport .
  • Il-medja tal-isport x’inhi l-pożizzjoni tagħha fil-konfront tal-isport Malti.

Biex wieħed jagħmel analiżi ta’ dan fil-prinċipju, kulħadd għandu jagħmel l-ewwel analiżi marbuta mad-diskorsi li bħala President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kont wassalt fis-Serata ta’ Premjazzjoni ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali.

Analiżi li turi biċ-ċar is-sitwazzjoni kif inhi llum tal-isport Malti fil-konfront tal-media tal-isport u kif il-medja tal-isport għandha timxi jekk wieħed irid titjib tas-sitwazzjoni attwali.

13 ta’ Frar 2016 :

“ Wasal iż-żmien li nibdew nidentifikaw u nikklassifikaw liema huma dawk ir-riżultati u kompetizzjonijiet li jkun jixirqilhom attenzjoni. L-istess assoċjazzjonijiet għandhom wkoll jimmaturaw.

Ma jistax ikun illi wieħed jippretendi rikonoxximent ta’ kull riżultat li għax miksub barra pajjiżna jsir eloġju żejjed u meta wieħed iwettaq riċerka jsib li l-kompetizzjoni kienet ta’ livell inferjuri .

Wasal iż-żmien li anke l-istess assoċjazzjonijiet jibdlu l-mentalita’ għal mod kif jirreferu għal  suċċess bħala :

  • ‘ medalja tad-deheb – fidda jew bronż ’

flok li jgħidu :

  • ‘ ġie l-ewwel , it-tieni u t-tielet’.

Ejja nħallu klassifikazzjoni ta’ medalji fuq kompetizzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti mill-Kumitati Olimpici jew minn Federazzjonijiet internazzjonali li jorganizzaw Kampjonati Ewropej jew tad-dinja. Kull kompetizzjoni oħra hija sekondarja. Hemm wieħed irid juri maturita’ kif jikklassifika ċerti riżultati u mhux kollha f’keffa waħda.

Daqstant ieħor hemm lok fejn il-media tal-isport tiżviluppa. Jiddispjacini meta anke f’dawn l-iSport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali ninnota li biċ-ċar mhux il-kollegi kollha jsegwu l-isport kif nixtieq. Inutili bħala Ghaqda Ġurnalisti Sports norganizzaw korsijiet u workshops jekk l-istess media tal-isport ma tkunx kapaċi ssegwi veru mill-qrib dak li d-dixxiplini kollha jkunu qed iwettqu. Huwa fatt illi filwaqt li daħlet responsabilta’ fis-sens li f’kull stadju ta’ dawn l-Għażliet il-vot huwa dejjem dikjarat, hemm lok kif mis-sena d-dieħla għandu jsir għarbiel ta’ min huwa veru denju li jivvota.”

______________________________________________________________________

25 ta’ Frar 2017 :

“ Wasal issa ż-żmien li l-media tal-isport wkoll trid tkompli tiżviluppa.

Wasal iż-żmien li lil hinn mill-informazzjoni li tasal mill-assoċjazzjonijiet , min jirċievi l-informazzjoni huwa fid-dover li jmur lil hinn u jagħmel evalwazzjoni dwar liema kompetizzjoni, kampjonat jew parteċipazzjoni ikun jixraq li tingħata prominenza.

Dejjem tgħallimt li l-verifika m’hemmx isbaħ minnha u fil-qasam tal-media il-verifika hija fattur sagrosant.

Klassifikazzjoni ta’ riżultati hija essenzjali iżda daqstant ieħor il-media trid tibda’ titgħallem kif  tagħmel il-klassifikazzjoni tal-kompetizzjoni.

Ezempju : Jiddispjaċini ninnota li hemm min ipoġġi fl-istess livell Kampjonati Ewropej.

Ma tridx tkun bravu biex tiddistingwi bejn Kampjonat tal-Ewropa ta’ dixxiplina u Kampjonat tal-Ewropa ta’ oħra.

Kampjonati fejn ikollok 40 pajjiż Ewropew u oħrajn fejn ikollok 5 pajjiżi Ewropej….u xorta wieħed jippretendi li l-kreditu għandu jkun l-istess. 

Appell lil kollegi tal-media.

Għamlu ir-riċerka u tibqgħux lura milli tipparagunaw. 

Dan japplika wkoll għal bosta kampjonati tal-Mediterran fejn minn 23 pajjiż ġieli jkollok biss 5 jew 6 u issa moda ġdida fejn qed ikun hemm Logħob tal-Istati ż-Żgħar f’dixxiplini partikolari ġieli bi 3 pajjizi.

Agħar huwa meta ċerti assoċjazzjonijiet biex żgur meta jiġu lura jkollhom il-mument tal-glorja saru jagħżlu l-kompetizzjoni fejn jieħdu sehem għax ikunu jafu li f’dik il-kompetizzjoni kapaċi jirbħu.

Huma każijiet iżolati imma li jsiru.

Min jgħamel ir-riċerka tiegħu dan kollu jinnotah.

Din hija sitwazzjoni fejn il-media trid turi kemm veru mmaturat u kapaci tagħżel u mhux isservi ta’ notice board jew newsletter.”

______________________________________________________________________

 

Media tal-isport f’Malta:

Minn analiżi dwar dak il-ġurnali ta’ kuljum jew oħrajn li joħorġu darbtejn jew darba fil-ġimgħa jirriżulta li l-medja ta’ paġni dedikati għall-isport huwa ta’ 180 paġna fil-ġimgħa.

 

Ġurnali ta’ kuljum 144

  • In-Nazzjon 30
  • L-orizzont 36
  • The Malta Independent 36
  • The Times 42

 

 Ġurnali ta’ darba fil-ġimgħa 36

  • Il-Kulħadd 4
  • Il-Mument 6
  • It-Torca 6      
  • Illum 6
  • Malta Today 6
  • The Sunday Times 8

Paġni fil-ġimgħa 180

        

Wieħed irid iqis ukoll li kull xahar hemm magazin tal-isport li jingħata b’xejn ma’ ġurnal lokali li jolqot bosta dixxiplini sportivi.

Il-perċentwali tal-isport f’ġurnali lokali hija s-segwenti :

  • Futbol lokali : 33 %
  • Sport lokali : 33 %
  • Sport internazzzjonali : 33 %

 

B’kollox f’pajjiżna f’sena jkunu pubblikati xejn anqas minn :

 

  • 9360 paġna tal-isport.

 

 Radju  :  TV : aħbarijiet kuljum : medja soċjali : siti

 

  • 78 siegħa : programmi dwar futbol
  • 59 siegħa : programmi multi sport
  • 101 siegħa : programmi dwar sport speċifiku

 

  • Sehem ir-radju u televiżjoni li jiġbor fih :

 

  • 3 programmi tal-futbol – Radju u TV
  • 3 programmi multi sport – Radju u TV
  • 5 – 6 programmi televiżivi dwar baskitbol, sewqan, tiġrijiet taż-żwiemel, moviment Olimpiku, waterpolo (fis-sajf)
  • Sport f’Għawdex

Trasmissjoni ta’ sport ieħor : rugby, handball, futsal, regatta

 

Dan apparti is-siti eletroniċi, medja soċjali, u kull mezz ieħor ta’ komunikazzjoni fejn aċċess għal aħbarijiet tal-isport huwa dejjem possibbli u li qed jiżdied minn sena għal sena.

 

______________________________________________________________________

 

 

Tagħrif mill-għaqdiet nazzjonali tal-isport :

It-tabella ta’ hawn taħt hija indikazzjoni ċara illi mhux l-għaqdiet nazzjonali tal-isport kollha jibagħtu t-tagħrif lil medja tal-isport.

Din l-analiżi saret matul l-istaġun ta’ sport 2015 – 2016 . Madankollu matul l-istaġun ta’ sport ta’ wara ma sar ebda tibdil, fis-sens li min kien jibgħat tagħrif , ritratti, filmati eċċ. baqa’ jibgħat u min kien passiv baqa’ u għadu passiv.

     
           
 

Regolari

    

Mhux regolari

  

Rari

    
           
 

Assoċ.Sport Muturi u Karozzi

 

Badminton

  

Archery

    
 

Baskitbol

   

Bodybuilding

  

Atletika

    
 

Boxing

   

Cricket

   

Baseball

    
 

Darts

   

Cycling

   

Billiards & Snooker

   
 

Futbol

   

Golf

   

Boċċi

    
 

Handball

   

Judo

   

Canoeing

    
 

Hockey

 

   

Karate

   

Chess

    
Horseracing Lotta  Fencing    
 

Pool

   

Motor sports

  

Gymnastics

   
 

Shooting

   

Powerlifting

  

Netball

    
 

Weightlifting

  

Regatta

   

Squash

    
    

Rugby

   

Għawm

   
    

Sailing

   

Table Tennis

   
    

Tenpin Bowling

  

Taekwondo

   
    

Triathlon

   

Tennis

    
    

Volleyball

       
    

Waterpolo

      
           
               

(c) Charles Camenzuli

01.08.2017