L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ mal-komunita` sportiva kollha Maltija għar-rebħ tal-midalja tal-Bronż fl-edizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth 2018 permezz tat-tim Women’s Four fid-dixxiplina tal-Lawn Bowls.
 
Il-Media Sportiva tixtieq tikkongratula ruħha mhux biss mal-erba’ players nisa li rebħu l-ewwel midalja fil-Logħob tal-Commonwealth f’dan l-isport, iżda wkoll mal-Kumitat Olimpiku Malti għal dan is-suċċess. Din il-midalja ssegwi l-erba’ midalji li ntrebħu fil-passat f’dan il-logħob fosthom dawk mirbuħa minn Laurie Pace fl-1990 f’Auckland New Zealand (Bronż fil-Judo), William Chetcuti fl-2002 f’Manchester u fl-2006 f’Melbourne (Bronż Double Trap) u dik ta’ Rebecca Madyson fl-2006 f’Melbourne (Fidda Double Trap).
 
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura li fil-jiem li ġejjien sat-tmiem ta’ dan il-Logħob fil-15 t’April ikun hemm iktar riżultati pożittivi bħal dak diġa’ miksub minn Yazmin Zammit Stevens u forsi aktar rebħ ta’ midalji.