L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjaċir u b’sodisfazzjon tilqa’ r-rizultat mill-isbaħ li kiseb it-tiratur Malti tat-Trap Brian Galea bir-rebħ tal-Midalja tal-Bronż fil-finali ta’ din id-dixxiplina fil-Loghob tal-Commonwealth 2018 fil-Gold Coast.
Is-suċċess miksub minn Galea ma wasalx b’kumbinazzjoni iżda huwa r-riżultat ta’ sagrifċċju u taħriġ intensiv minn dan it-tiratur eżemplari Malti. Dan is-suċċess hu wkoll ir-riżultat ta’ Assoċjazzjoni organizzata bħall-MSSF li mil-limitazzjonijiet tagħha tipprova tmexxi dan l-isport fuq passi professjonali kemm tista’. Mertu wkoll lil SportMalta tal-investment kontinwu f’dan l-isport. Prosit ukoll lit-tmexxija tal-Kumitat Olimpiku Malti li qed jagħti l-għodda neċċessarja sabiex iktar atleti jitilgħu pass ‘il fuq u jitqiesu atleti elite jew professjonali u jiksbu aktar riżultati pożittivi fix-xena internazzjonali.
Din hi r-raba’ midalja mirbuħa minn Malta fl-istorja f’dan il-Loghob tal-Commonwealth wara żewġ midalji tal-bronż oħra fil-passat mirbuħa fid-double trap minn William Chetcuti u l-Fidda ta’ Rebecca Madyson.
Leave A Comment