Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport kompla bis-sensiela ta’ laqgħat ma Assoċjazzjonijiet Sportivi hekk kif matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru iltaqa mal-Malta Baseball and Softball Association, l-Archery Association of Malta u il-Malta Ten Pin Bowling Association.
F’laqgħat separati, ġie diskuss kif dawn l-Assoċjazzjonijiet setgħu jitrasmettu aħjar dawk l-avvenimenti sportivi li jkunu qed jorganiżżaw jew li fihom ikunu qed jipparteċipaw l-atleti tagħhom kemm lokali kif ukoll internazzjonalment.
L-GħĠS offriet is-sostenn tagħha lil dawn l-Assoċjazzjonijiet permezz ta’ pariri kif l-aħjar għandhom jippreparaw ir-rapporti u jibgħatuhom lill-midja.
L-GħĠS se tibqa’ tiltaqa ma aktar Assoċjazzjonijiet Sportivi fil-ġimgħat li ġejjin.
Leave A Comment