Nota Importanti: Dawn il-profili huma biss indikazzjoni ta’ riżultati u mhux neċessarjament jirriflettu r-riżultati kollha miksuba mill-atleti u uffiċjali matul is-sena 2018.
SPORTIV TAS-SENA
AQUILINA Charles – Table Football
Rebaħ it-Tazza tad-Dinja fil-kategorija tal-Veterani. Rebaħ bosta tournaments internazzjonali oħra.
BEZZINA Isaac – Judo
Rebbieħ tal-midalja tal-fidda fil-logħob tal-Commonwealth fil-kategorija 90 kilogramma.
CARUANA SCICLUNA Justin – Ten Pin Bowling
Rebbieħ ta’ tliet midalji fil-loghob tal-Mediterran.
CASTALDI Clayton – Chinese 8 Ball
Ikkompeta għall-ewwel darba fil-kompetizzjoni Chinese 8 ball fir-Renju Unit u spiċċa fit-tielet post.
FARRUGIA Juan – Indoor Rowing
Rebbieħ tal-midalja tad-deheb fil-500 metru fil-British Open Indoor Rowing Championship ghat-tielet sena konsekuttiva.
FARRUGIA Stefan – Raffa
Rebbieħ tal-midalja tal-bronż fil-Loghob tal-Mediterran.
GALEA Brian – Sparar Trap
Rebbieħ tal-midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth li saru fl-Awstralja.
GATT Rodney – Tiġrijiet taż–Żwiemel
Rebaħ tiġrija fil-kampjonati Ewropej u spiċċa fis-sitt post overall fl-istess kampjonat biex b’hekk ikwalifika għall-kampjonati tad-dinja għalġerejja professjonali.
MILLS Christ – Pool
Rebbieħ tal-Kampjonat tad-dinja kemm fl-individwali kif ukoll fit-timijiet fil-kategorija over 50’s. Rebaħ ukoll il-Masters tournament li saru fl-Ingilterra.
SCHULTEIS Richard – Ibburdjar
Rebaħ f’ħafna tiġrijiet optimist li ħa sehem fihom fosthom fl-Italja, l-Ġermanja u n-Norveġja.
SPORTIVA TAS-SENA
BEZZINA Eleanor – Air Pistol
Spiċċat fir-raba’ post fit-10m u fit-25m Air Pistol fil-Logħob tal-Commonwealth fil-Gold Coast u spiċċat fis-7 post fil-Logħob tal-Mediterran 2018.
CIANTAR Claire – Boxing
Bi status ta’ ‘professional’ ikkompetiet f’diversi bouts f’Malta u anke barra minn Malta matul is-sena b’rekord pożittiv ta’ rebħ.
FARRUGIA Joelle – Karate
Rebħet il-midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Karte fil-Kumite bħala team u bronż fil-kategorija individwali.
GENOVESE Sacha – Table Tennis
Wara esperjenza fl-Ingilterra u l-Polonja issa qed tilgħab fi Spanja.
PACE Hannah – Triathlon
Spiċċat fi tieni post fil-Kampjonati Ewropei tat-Triathlon fl-2018 kif ukoll ikklassifikat fit-tielet post fl-Ironman fl-2018 f’Copenhagen id-Danimarka.
SCHEMBRI Diane – Kickboxing
Ikkompetiet f’diversi bouts lokalment u internazzjonalment b’rekord pożittiv ta’ rebħ. Rebħet l-unur tal-MKBA ‘Female Fighter of the year’.
SULTANA Colette – Squash
Semi-finalista fis-South Australian Open fost diversi tournaments prestiġjużi li ħadet sehem fihom.
WINGFIELD Charlotte – Atletika
Rebħet il-midalja tal-Bronż fil-200 metru, fil-kampjonati tal-atletika tal-Pajjizi Żgħar tal-Ewropa.
XUEREB SARA – Ten Pin Bowling
Rebħet żewġ midalji tal-Fidda fil-kampjonati tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling. Rebħet ukoll midalja tal-Bronż fil-European Youth Championship u rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-MTBA 2018.
ZAMMIT STEVENS YAZMIN – Weightlifting
Ikkwalifikat għal-Logħob tal-Commonwealth u kkompetiet ukoll fil-Logħob tal-Mediterran. Fl-Eleiko International Tournament kif ukoll IWF Mihailovic Tournament rebħet il-midalji tad-deheb fil-kategorija tagħha. Fil-Logħob tal-Commonwealth spiċċat fis-7 post filwaqt li fil-Logħob tal-Mediterran spiċċat fil-5 post. Kisret aktar rekords Nazzjonali.
UFFIĊJAL TAS-SENA
AQUILINA Stephen – Malta Shooting Sport Federation
Kien strumentali fl-organizzazzjoni tat-tappa tal-2018 tat-Tazza tad-Dinja tal-Isparar fejn mexxa l-kumitat organizzattiv.
BUGEJA Frans – Malta Billiards & Snooker Association
Ħadem sabiex sa fl-aħħar l-Assoċjazzjoni jkollha l-premises tagħha fejn għall-ewwel darba il-logħob tal-kampjonati tal-isnooker beda jsir f’din l-akkademja ġdida.
CALLEJA Anna – Special Olympics
Ikkordinat u kienet strumentali sabiex jiġi preparat b’mod professjonali l-akbar kontinġent ta’ atleti minn Special Olympics Malta li f’Marzu liġej se jieħdu sehem fil-World Games f’Abu Dhabi.
CARUANA CURRAN Joe – Aquatic Sports Assocition
Ħadem għal aktar opportunitajiet internazzjonali għat-teams Nazzjonali tal-waterpolo kif ukoll l-għawm. Elett bħala teżorier fil-COMEN Bureau.
DEGIORGIO Vincent – Malta Pool Association
Għas-seba’ darba mill-2002 organizza l-Kampjonat Ewropew f’Malta tal-Pool bil-parteċipazzjoni ta’ 550 player.
ENGLAND William – Malta Motorsport Federation
Strumentali sabiex il-MMF applikat għall-fondi mill-FIA u wieħed mill-iktar Marshals kwalifikati f’Malta b’diversi esperejnzi f’attivitajiet tal-FIA barra minn xtutna.
PARIS Stephen – Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor
President ta’ din l-Assoċjazzjoni li reġa’ daħħal il-kategorija tal-qdif tan-Nisa fir-Regatta tradizzjonali. Żied il-parteċipazzjoni ta’ atleti maltin barra minn Malta fl-Indoor Rowing.
SPITERI Chris – Badminton Malta
Waqqaf l-akkademja ta’ dan l-Isport ma’ Sportmalta. Elett fil-European Small States Badminton Games Committee.
VASSALLO Bernard – Malta Basketball Association
Referee internazzjonali mill-1996. Fl-2018 ikkontrolla total ta’ 43 logħba fil-kamp Ewropew. Fl-2018 sar ukoll l-ewwel Malti li akkwista ċ-ċertifikazzjoni bħala FIBA Referee Instructor.
ZAMMIT John – Malta Cycling Federation
Mexxa t-tim organizzattiv tal-24 edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta.
KOWĊ TAS-SENA
BUGEJA Frans – Sparar
Kowċ personali ta’ Brian Galea għal diversi snin fejn fl-2018 it-tiratur tiegħu kiseb il-midalja tal-Bronż fil-Logħob tal-Commonwealth fit-Trap.
CARUANA Jesmond – Weightlifting
President tal- MWA u kowċ personali ta’ Yazmin Zammit Stevens sa mill-2015 fejn irnexxielu jwassalha għall-kwalifikazzjoni fil-Logħob tal-Commonwealth u tal-Mediterran, kif ukoll tikkwalifika għall-Kampjonati Dinjija. Huwa mexxa bosta aktar atleti fejn tul is-sena ntrebħu 4 midalji tad-deheb u 4 midalji tal-fidda.
FLERI SOLER Jean Paul – Ibburdjar
Kowċ ta’ Richard Shulties fost atleti oħra u wassal diversi baħħara żgħażagħ fosthom lil Shultheis għall-unuri fix-xena internazzjonali.
GIORDMAINA Jesmond – Lotta
Ipprepara u mexxa lit-team Nazzjonali għall-kwalifikazzjoni u parteċipazzjoni fil-Logħob tal-Commonwealth, il-Logħob tal-Mediterran u l-Junior European Championships 2018.
IZZO Karl – Waterpolo
Mexxa lit-team Nazzjonali tal-kbar għat-tieni sena konsekuttiva għall-kwalifikazzjoni fil-Kampjonati Ewropej tal-waterpolo tal-LEN 2018.
MERCIECA Noel – Kickboxing
Strumentali sabiex fis-sena 2018 twaqqfet il-Malta Kickboxing Association. Kowċ ta’ diversi atleti tal-Kickboxing fosthom Keith Azzopardi, Diane Schembri u Christopher Rotin li kollha ġġieldu f’events kbar madwar id-Dinja.
MUSCAT Winston – Football
Mexxa lit-team għat-tielet post fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-UEFA U19 b’rebħa fuq il-Litwanja, draw mal-Belġju u telfa ta’ 1-0 kontra Franza.
NEIL Damian – Rugby
Mexxa lit-team Nazzjonali għall-ogħla ranking fl-IRB meta it-team laħaq is-36 post fir-rankings minn 102 pajjiż. Għat-tieni sena konsekuttiva t-team rebaħ il-Grupp Conference South 1 u ilu ma jitlef logħba home tliet snin.
PACCARIE Andrea – Basketball
Mexxa lit-team Nazzjonali għar-rebħ tal-Midalja tad-deheb fid-Diviżjoni rispettiva fil-FIBA European Championships for Small States.
VOGELESANG Richard – Ten Pin Bowling
Mexxa lit-team Malti għal suċċess fit-Ten Pin Bowling Mediterranean Championships fejn it-Ten Pin bowlers Maltin b’kollox rebħu midalja tad-deheb, tnejn tal-fidda u waħda bronż.
ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
BALZAN Jurgen – Table Football
Rebaħ il-Major ta’ Milan fl-Italja U19 u wasal sal-finali tal-Grand Prix tal-Belġju U19 fost kisbiet oħra.
ELAIDA Jacob – Atletika
Semi Finalisti fil-200m fil-Kampjonati Ewopej U18.
GALEA PIROTTA Matthew – Ċikliżmu
Ħa sehem fl-Irish International Youth Tour U14 fejn spiċċa fil-15 -il post minn fost 61 parteċipant. Fuq bażi lokali rebaħ żewġ kampjonati fejn rebaħ it-tiġrijiet kollha tal-kategorija taħt l-14 -il sena.
GATT Cayvon – Qdief Regatta
Ta’ 14-il sena rebaħ it-tiġrija fil-frejgatini u daħal fit-tieni post fil-kajjik fir-Regatta ta’ taħt it-18-il sena. Fir-Regatta ta’ Marzu fil-kategorija B daħal it-tieni f’Tal-Midalji kif ukoll bil-Kajjik.
GAUCI Nicky – Karting
Rebaħ il-kampjonat tal-kategorija 125 Rotax Max li sar fi Sqallija.
MAGRO Matthew – Ten Pin Bowling
Temm is-sena fit-8 post tar-rankings tal-kategorija irġiel Open. Għandu tliet rekords Nazzjonali fit-3, 6 u 8 game series.
MUSCAT Jake – Waterpolo
ASA player tas-sena U15. Lagħab f’kull skwadra ta’ Neptunes fil-kategorija U15, U17, U20 u mat-team tal-kbar fejn rebaħ ukoll il-kampjonattal-waterpolo tal-ASA.
SPITERI Rudi – Għawm
Irnexxielu jikkwalifika u jikkompeti fil-Youth Olympic Games ta’ Buenos Aries fl-Arġentina.
SULTANA Kijan – Squash
Għalaq is-sena fit-tieni post tar-rankings Ewropej tal-U15 u rebaħ l-Australian Junior Open 2018.
VASSALLO Saul – Ibburdjar
Midalja tal-Fidda fis-Silver Fleet fil-kampjonat tad-Dinja li sar f’Ċipru fost 78 baħri żagħżugħ.
ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
ANTONELLI Thyis – Karate
Rebħet il-kategorija tagħha fl-Opens 2018 tal-Ġermanja, Belġju u tal-Polonja fil-Kumite.
BORG Ella – Ġinnastika
Rebħet midalja tad-deheb fil-Beam, fidda fil-Vault, u Bronż fil-Floor waqt il-Logħob tal-COJI 2018. Rebħet ukoll il-kampjonat Nazzjonali li saru f’Diċembru 2018.
COLLINS Shernise – Qdief Regatta
Ta’ 13-il sena qadfet għall-ewwel darba fit-tellieqa tal-Frejgatini f’Settembru 2018.
CURMI Francesca – Tennis
Rebħet kontra diversi tennisti li huma fit-top 100 fil-kategorija Juniors Nisa u kkwalifikat għall-Wimbledon Juniors u l-Australian Open Juniors.
CUTAJAR Anthea – Table Tennis
Lagħbet fi Spanja ma’ Club Falcons Sabadell. Rebħet tliet midalji tal-Bronż fil-Logħob tal-COJI 2018.
ELLUL Michaela – Badminton
Rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-Badminton U19 u runner up fil-kategorija Women’s Singles.
FALZON YOUNG Francesca – Għawm
Kwalifikat għall-Youth Olympic Games 2018 u kisret ir-rekord Nazzjonali fil-50m backstroke. Waqqfet rekords Nazzjonali fix-Short Course fil-100m Fly, 200m Free, 100m Free u 50 Free.
MANGION VASSALLO Shelby – Weightlifting
Ikkompetiet fil-Youth Olympic Games, fil-Youth European Championships u fil-European Union Cup. Fil-Youth Olympic Games kisbet l-għaxar post u l-31 post fir-Ranking Dinji.
SCICLUNA Carla – Atletika
Ikkompetiet fil-European Youth Athletics Championships.
XUEREB Sara – Ten Pin Bowling
Rebħet żewġ midalji tal-Fidda fil-kampjonati tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling. Rebħet ukoll midalja tal-Bronż fil-European Youth Championship u rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-MTBA 2018.
TIM TAS-SENA
Tim Nazzjonali U23 Pool
Għat-tielet darba rebħu l-Kampjonat ewropej ta’ taħt it-23 sena li saru f’pajjiżna.
Tim Nazzjonali Mixed Weightlifting
It-tim Malti spiċċa fit-tieni post tal-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru fl-Iżlanda. Għall-ewwel darba fl-storja ta’ din id-dixxiplina rebaħ kontra l-qawwa ta’ Ċipru.
Tim Nazzjonali Irġiel U19 Football
It-tim Malti kiseb total ta’ 4 punti fil-Grupp ta’ kwalfikazzjoni għall-Kampjonati U19 tal-UEFA bi draw mal-Belġju, rebħa kontra l-Litwanja u telfa minima ta’ 1-0 kontra Franza.
Tim Nazzjonai Mixed Ten Pin Bowling
Rebbieha ta’ midalji tal-fidda fil-kampjonati tal-Mediterran.
Tim Nazzjonali Irġiel Basketball
Rebbieħa tal-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żghar.
Eightball Doubles Clint Azzopardi u Lydan Debono
Rebbieħa tal-Blackball Doubles tal-irġiel fil-kampjonati tad-dinja tal-Eightball.
Tim Nazzjonali Irġiel Rugby
Is-sena 2018 fissret l-ogħla post fir-rankings tad-dinja tal-IRB. Għat-tielet sena konsekuttiva t-teamm Malti baqa’ mhux megħlub f’pajjiżna u rebaħ il-Grupp Conference South 1.
Bormla Regatta Club
Rebħu t-tigrijiet kollha kemm fil-Kategorija Open kif ukoll fil-kategorija B għal rekord assolut fir-Regatta. B’kollox rebħu rekord ta’ 11 il-tigrija minn 11 fejn kien hemm ukoll tellieqa tal-Frejgatini tan-nisa fejn Bormla daħlu l-ewwel mal-Kalkara.
Tim Nazzjonali Irġiel Waterpolo
Għat-tieni darba fl-istorja tal-waterpolo lokali t-team Malti kkwalifika għal Kampjonati Ewropej tal-LEN.
Tim Nazzjonali Lawn Bowls
Rebbieħa tal-midalja tal-Bronż fil-Logħob tal-Commonwealth li saru fl-Awstralja.
Leave A Comment