Hekk kif nhar is-Sibt se tkun organizzata d-59 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-kumitat Organizattiv bi pjaċir iħabbar li ċ-ċampjin Taljan tal-Boxing fil-kategorija Lightwieght u ċampjin Interkontinentali tal-WBA Carmine Tommasone se jkun il-mistieden speċjali waqt is-serata.
Tommasone twieled f’Avellino l-Italja fit-30 ta’ Marzu 1984. Hu beda l-karriera fil-boxing fis-sena 2010 fejn kellu l-unur li jirrapreżenta l-Italja fil-kategorija Lightweight fl-Olimpjadi tal-2016 li saru f’Rio De Janeiro l-Brażil.
Tommasone għandu rekord impressjonanti fil-livell Amateur u meta qaleb għall-kategorija ‘Professional’ sa issa għandu xejn inqas minn għoxrin ġlieda li minnhom rebaħ dsatax -il konfront, ħamsa minnhom b’Knock Out kontra l-avversarji tiegħu.
Ġimgħa ilu hu ġġieled għat-Titlu tal-WBO iżda tilef kontra ċ-ċampjin attwali u holder taċ-ċintorin Oscar Valdez mill-Messiku.
L-avveniment SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se jixxandar dirett fuq TVM2 u Facebook live nhar is-Sibt mis-7.30pm ‘il quddiem.
Filmati mil-links hawn taħt:
Leave A Comment