Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qiegħed uffiċjalment jippublika l-lista tas-semi finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali.
Wara li ntemm il-proċess ta’ nominazzjonijiet mill-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet lokali, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel l-evalwazzjoni tiegħu tal-kisbiet sportivi matul is-sena 2020 u ħareġ bil-lista ta’ sitt semifinalisti f’kull kategorija.
Intant beda l-proċess tal-votazzjoni mill-memberi kollha tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li għandhom sa nhar l-Erbgħa 3 ta’ Marzu biex iniżżlu l-kategorii kollha għal tliet finalisti.
Il-Finalisti eventwalment se jitħabbru nhar is-Sibt 6 ta’ Marzu fl-10:30hrs permezz ta’ Konfeenza Stampa li se tkun trażmessa diretta fuq
Facebook fuq il-paġna Malta Sports Journalists Association u Be Active SportMalta.
Is-Serata finali tal-61 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir is-Sibt 13 ta’ Marzu fejn panel ta’ ġurnalisti se jkunu qed jivvutaw sabiex ikunu determinati fejn se jmorru l-unuri tal-Isportiv tas-Sena, Sportiva tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Żagħżugħa tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, Kowċ tas-Sena u Tim tas-Sena.
SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali
Il-61 edizzjoni
Profili tas-SEMI FINALISTI
SPORTIV TAS-SENA
1. FARRUGIA LUKE – ATLETIKA
Kiser ir-rekord nazzjonali tad-discuss kategorija seniors.
2. GATT RODNEY – TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL
Champion ta’ Malta għar-4 sena konsekuttiva fejn irnexxielu jegħleb l-isfida tar-rivali tiegħu fl-aħħar
ġimgħat tal-istaġun u anke irnexxielu jirbaħ 5 tiġrijiet fi programm wieħed.
3. GRECH DEJAN – POOL
European Pool Champion kategorija taħt it-23 sena.
4. PLUMPTON BEN – WATERPOLO
ASA plejer tas-sena u parti mit-tim nazzjonali li kkompeta fil-Kampjonati Ewropej.
5. SAYWELL JEREMY – JUDO
Ikkompeta fil-Grand Slam ta’ Pariġi fejn kien eliminat fit-tielet round.
6. SPITERI MARK – TEN PIN BOWLING
Rebbieħ tal-European Senior Championship li sar fi Vjenna li fih ikkompetew 96 atleta minn 25 pajjiż.
Huwa rebaħ id-deheb fil-Masters ta’ din il-kompetizzjoni wara li kien ikkwalifika fit-13 –il post fl-All
Events.
SPORTIVA TAS-SENA
1. ABELA SUE – TEN PIN BOWLING
Rebbieħa tal-Midalja tal-Fidda fis-singles u deheb fl-All Events waqt il-European Senior
Championship li sar fi Vjenna u li fih ħadu sehem 66 atleta minn 22 pajjiż.
2. BUGEJA HALEY – FOOTBALL
Player tat-Tim Nazzjonali li tilgħab mat-Tim tas-Serie A Taljan Sassuolo. L-Iżgħar plejer femminili li
qatt skurjat hat trick f’partita tan-nisa f’kompetizzjoni tal-UEFA. Ġiet inkluża fost l-aqwa 10 talenti li
mistennija jispikkaw fil-futur fil-lista tal-UEFA.
3. CLARK FRANCESCA – BADMINTON
L-Iżgħar triple crown National Champion meta rebħet il-women’s singles, women’s doubles u mixed
doubles.
4. GATT SACHA – GĦAWM
Irnexxiela tikseb “B” qualifying time għall-Olimpjadi ta’ Tokyo. Kisret diversi rekords nazzjonali.
5. RICHARD JANET – ATLETIKA
Kisret ir-rekord nazzjonali fl-400m liema rekord kienu ilu eżistenti 17 –il sena.
6. ZAMMIT STEVENS YAZMIN – WEIGHTLIFTING
Kisret diversi rekords Nazzjonali waqt kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali. Fil-Malta
International Open ħadet midalja tal-bronż u spiċċat ir-raba’ overall.
ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
1. BORG RYLEE – WEIGHTLIFTING
Diversi rekords Nazzjonali waqt kompetizzjonijiet lokali fil-kategoriji taħt il-15 u taħt is-17 –il sena.
Rebbieħ tal-Malta National Championship 67kg fil-kategoriji taħt il-15, is-17 u l-20 sena. Ikkompeta
fil-finali tal-IWF Youth World Championship organizzata online mill-Peru Weightlifting Federation u lIWF.
2. GATT JEREMY MARK – BADMINTON
Junior Champion fis-Singles taħt it-13 u l-15 – il sena u Mixed Doubles taħt il-15 –il sena
3. LAGANA KAYDEN – TEN PIN BOWLING
Spiċċa fit-tielet post waqt il-5th Youth Euro ‘Stop’ li sar l-Olanda u li fih ħadu sehem 25 atleta.
4. SCHULTHEIS RICHARD – IBBURDJAR
Rebbieħ ta’ regatta internazzjonali organizzata mill-Federazzjoni Taljana tal-Ibburdjar li fiha ħadu
sehem 60 atleta minn 8 pajjiżi.
5. SCHULZE DOERING LAURENS – GOLF
Spiċċa fit-tieni post fl-Open tal-Bulgarija.
6. SULTANA KIJAN – SQUASH
Rebbieħ tal-Australian Junior Championship, Champion fl-Awstralja ta’ taħt is-17 –il sena u rebbieħ
tal-Queensland State Junior Championships.
ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
1. BUGEJA HALEY – FOOTBALL
Player tat-Tim Nazzjonali li tilgħab mat-Tim tas-Serie A Taljan Sassuolo. L-Iżgħar plejer femminili li
qatt skurjat hat trick f’partita tan-nisa f’kompetizzjoni tal-UEFA. Ġiet inkluża fost l-aqwa 10 talenti li
mistennija jispikkaw fil-futur fil-lista tal-UEFA.
2. CHOUHAL SARAH – ATLETIKA
Kisret rekords nazzjonali fil-400m hurdles taħt it-18 u taħt l-20 sena u fil-hammer throw.
3. CLARK FRANCESCA – BADMINTON
L-Iżgħar triple crown National Champion meta rebħet il-women’s singles, women’s doubles u mixed
doubles
4. GATT SASHA – GĦAWM
Irnexxiela tikseb “B” qualifying time għall-Olimpjadi ta’ Tokyo. Kisret diversi rekords nazzjonali
5. THORNTON TENISHIA – WEIGHTLIFTING
Rebbieħa ta’ mildja tal-Fidda fl-isnatch u midalja tal-bronze overall fil-kategorija 49kg tal-IWF Youth
World Championship organizzata online mill-Peru Weightlifting Federation u l-IWF . Fil-Malta
International Open rebħet 3 midalji tad-deheb fil-kategorija 45kg. Irreġistrat diveri rekords
nazzjonali .
6. VELLA CLARK TARA – ĠINNASTIKA
F il-Women’s Artistic European Championship li sar it-Turkija ikkwalifikat għall-finali tal-Balance
Beam u spiċċat fit-8 post fil-finali. It-tielet overall fit-Tigers Cup li saret il-Latvia wara li kkwalifikat fuq
l-apparat kollu u spiċċat l-ewwel fil-balance beam u vault, it-tieni fil-floor u t-tielet fl-uneven bars.
KOWĊ TAS-SENA
1. AQUILINA JOSEPH – POOL
Kowċ tat-Tim Nazzjonali tal-Irġiel Kategorija C rebbieħa tal-Kampjonat Ewropew tal-Kategorija
tagħhom.
2. BEREHOVA NATALYA – ĠINNASTIKA
Kowċ ta’ Tara Vella Clark li tniżżlet fl-istorja bħala l-ewwel ġinnasta li kkwalifikat fil-finali talKampjonat Ewropew li sar it-Turkija.
3. CARUANA JESMOND – WEIGHTLIFTING
Kowċ ta’ diversi atleti fosthom Tenishia Thornton li kisbet l-aqwa riżultat li qatt ġie rreġistrat fil-IWF
Youth World Championship bir-rebħ ta’ midalja tal-fidda u tal-bronż.
4. CARUANA DINGLI EDWARD – GĦAWM PARALIMPIKU
Kowċ ta’ 8 għawwiema paralimpiċi, li għalkemm b’diżabbilta’ differenti jirnexxielu anke jintegrahom
ma’ atleti mingħajr diżabilità.
5. MANGA DEVIS – FOOTBALL
Kowċ nazzjonali tat-tim Malti tal-Irġiel li rnexxielu jagħmel progress fil-UEFA Nations League meta
spiċċa fit-tieni post b’9 punti. Taħt it-tmexxija tiegħu it-Tim Malti kiseb sensiela ta’ 7 riżultati pożittivi
li huwa rekord.
6. PISANI DORIAN – WATERPOLO
Kowċ tat-Tim ta’ San Ġiljan ASC rebbieħa tad-double; Kampjonat u KO.
UFFIĊJAL TAS-SENA
1. AZZOPARDI RITA – WATERPOLO
Ippreparat il-protokolli kollha neċessarji għall-kompetizzjonijiet kollha li saru matul il-pandemija talCovid19. Kienet strumentali sabiex dawn il-kompetizzjonijiet setgħu jiġu organizzati u kompluti
matul dan il-perjodu.
2. CASSAR PIERRE – LOTTA
President tal-Federazzjoni u ħadem sabiex jikseb titlu legali mingħand SportMalta għall-kwartieri talfederazzjoni fin-Naxxar. Kien strumentali biex inġieb l-investiment ta’ tapit ta’ livell internazzjonali
f’pajjiżna u kiseb suċċess fl-applikazzjonijiet għall-korsijiet tal-Olympic Solidarity fil-coaching.
3. DEGIORGIO VINCENT – POOL
Organiżża l-akbar kampjonati Ewropej li qatt saru Malta tal-Pool.
4. GRECH ANDY – ATLETIKA
Strumentali għar-rebranding tal-assoċjazzjoni u ppreżenta proġett state of the art lill-Gvern sabiex
joħloq struttura ġdida ta’ taħriġ għall-atleti fil-Marsa bi proġett ta’ modernizzar.
5. MUSCAT JOSEPH – BASKETBALL
Segretarju Ġenerali li kien ferm strumentali sabiex jitlesta l-modernizzar tal-padiljun tal-basketball
f’Ta Qali fejn kien hu stess li ddisinja l-facilita’. Huwa membru fi ħdan il-kummisjoni tal-pajjiżi ż-żgħar
ta’ FIBA Europe.
6. ZAMMIT GODWIN – IBBURDJAR
Commodore fir-Royal Malta Yacht Club li flimkien mat-team tiegħu orgnizza b’suċċess xorta ledizzjoni tas-sena 2020 tar-Rolex Middle Sea Race.
TIM TAS-SENA
1. FOOTBALL – TIM NAZZJONALI NISA
Kiseb numru rekord ta’ punti fi Grupp B tar-round ta’ kwalifikazzjoni Kampjonat Ewropew tan-Nisa
fejn spiċċaw fir-4 post b’total ta’ 10 punti.
2. FUTSAL – LUXOL ST. ANDREWS
Ikkompetew mal-aħħar 32 fir-round prinċipali tal-UEFA Champions League fejn kienu sfortunati li
tilfu b’goal fl-aħħar sekondi kontra Dobovec tas-Slovenja u ma kkwalifikawx ma l-aħħar 16 talewropa. Champions tal-istaġun 2019/20 tal-FMA.
3. IBBURDJAR – ELUSIVE II
Familja Podesta’ – Aaron, Christoph u Maya rebbieħa tar-Rolex Middle Sea Race 2020.
4. POOL – TIM NAZZJONALI RĠIEL
Finalisti fil-Kampjonati Ewropej.
5. TEN PIN BOWLING – TIM AMF PROMOTION CUP FRANZA
Tim kompost minn Matthew Magro u Cynthia Frendo Duca – rebħu t-Team Cup wara li għelbu lit-tim
Franċiż.
6. WATERPOLO – SAN ĠILJAN ASC
Rebbieħa tal-kampjonat tal-ASA BOV Premier League u n-Knock Out