Il-61 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali se tkun qed titella’ għada s-Sibt 13 ta’ Marzu 2021.
Kif imħabbar iktar qabel l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun waħda speċjali hekk kif il-kumitat organizattiv iffurmat b’mod konġunt bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta kienu kostretti li jwasslu din l-edizzjoni b’verżjoni differenti kif imdorrija s-soltu. L-Edizzjoni ta’ din is-sena li se tkun qed tippremja l-aħjar u l-aqwa kisbiet matul is-sena 2020 se tkun qed tixxandar fuq TSN1, fuq il-pjattaforma ta’ Melita u Go, kif ukoll fuq Facebook live permezz tal-paġni Malta Sports Journalists Association kif ukoll Be Active SportMalta. Se jkun hemm trażmissjoni diretta ukoll fuq il-Youtube channel Xandira live. L-avveniment jibda fit-8pm b’format ta’ programm Televiżiv bil-mistiedna fosthom il-finalisti jingħaqdu f’kollegament virtwali permezz tal-pjattaforma zoom.
Is-serata ta’ din is-sena se tkun ippreżentata minn Lorraine Cunningham u Chris Cauchi. Id-dettalji dwar il-kategoriji u l-finalisti jinsabu fuq is-sit www. maltasportsjournalists.com
Prosit lil ibni Sandro Micallef u l-Għaqda Ġurnalisti Sports, tax-xogħol kbir li għamlu biex dawn l-Awards setgħu ikunu success.