Ftit tal-ġranet ilu, uħud mir-rebbieħa tal-61 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, flimkien mal-isponsors, ġew mitluba jattendu għall-preżentazzjoni qasira fl-uffiċju tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Is-serata finali li kienet saret nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu, ma setgħetx issir bħas-soltu fil-preżenza ta’ dawk kollha involuti u ma setgħux jingħataw it-trofej lir-rebbieħa.

L-unuri mqassma kienu:

Tim tas-Sena – TIM NAZZJONALI TAL-FUTBOL TAN-NISA (Futbol)

Kowċ tas-Sena – DEVIS MANGIA (Coach Tim Nazzjonali tal-Futbol Irġiel)

Uffiċjal tas-Sena – JOSEPH MUSCAT (Segretarju Ġenerali Malta Basketball Association)

People’s Choice Award – MARK MARLOW (President Malta Employers Sport Association)

Unur Special Olympics Atleta Maskili – MARK SERGE (Ten Pin Bowling)

Unur Special Olympics Atleta Femminili – KLARA ZAMMIT (Għawm).

Fil-ġranet li ġejjin se jsiru preżentazzjonijiet oħra għall-kumplament tar-rebbieħa li huma:

L-Isportiv tas-Sena – DEJAN GRECH (Eight Ball Pool)

L-Isportiva tas-Sena – HALEY BUGEJA

Iż-Żagħżugħ tas-Sena – RICHARD SCHULTHEIS (Ibburdjar)

Iż-Żagħżugħa tas-Sena – TENISHIA THORNTON (Weightlifting)

L-Avveniment Internazzjonali tas-Sena – KAMPJONAT EWROPEJ TAL-EIGHT BALL POOL.