L-Għaqda Ġurnalisti Sports tilqa’ bi pjaċir il-ħatra ta’ Dr Clifton Grima fil-kariga ta’ Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport
L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) tifraħ lil Dr. Clifton Grima għall-ħatra tiegħu fil-kariga ta’ Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport u tirringrazzja lill-Gvern talli ta każ is-suġġeriment tal-istess Għaqda u ta’ diversi entitajiet sportivi dwar il-ħtieġa li l-isport ikun elevat għal-livell ta’ Ministeru.
L-GħĠS konvinta din id-deċiżjoni se tħalli l-ġid u r-riżultati mixtieqa, iktar u iktar għax l-isport kien diġà taħt ir-responsabbiltà ta’ Dr Grima fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari.
L-GĦĠS tirringrazzja lill-Prim Ministru Dr Robert Abela, li sa minn meta fl-aħħar snin saret din it-talba minn diversi entitatjiet, evalwa l-bżonn ta’ dan is-settur u ħa deċiżjoni għaqlija.
L-GħĠS tisħaq li fil-preżent, jirrikjedi li l-isport jitla’ f’dan il-livell biex jibqa’ dejjem prijorità fuq l-Aġenda tal-Gvern.
Finalment, l-GĦĠS tawgura lil Dr Grima ħidma sfiqa għall-ġid tal-Edukazzjoni u l-Isport f’pajjiżna.
Leave A Comment