L-Għaqda Ġurnalisti Sport u Atlas Insurance se jniedu uffiċjalment il-votazzjoni pubblika għall-Premju tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2021. Din il- votazzjoni se ssir bejn l-14 u s-26 ta’ Jannar 2022.
L-atleti żgħażagħ li rebħu l-premju tax-xahar matul is-sena 2021 issa se jissieltu bejniethom għall-premju prestiġjuz annwali permezz tal-voti tal-panel ta’ ġurnalisti u l-voti tal-pubbliku ġenerali.
Il-voti tal-ġurnalisti se jġorru 60% tal-votazzjoni filwaqt li l-voti tal-pubbliku ġenerali se jġorru 40% tal-vot li jkun jista’ jsir permezz tal-paġna fuq Facebook ta’ Atlas Insurance: https://www.facebook.com/atlasmalta/
L-atleti eliġibli għall- Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2021 huma:
Kayden Lagana (Tenpin Bowling) – Jannar
Francesca Curmi (Tennis) – Frar
Mya Azzopardi (Għawm) – Marzu
Jeremy Zammit (Atletika Long Jump) – April & Lulju
Malta U-15 Team Nazzjonali waterpolo irġiel– Mejju
Sasha Gatt (Għawm) – Ġunju
Malta U-17 Team Nazzjonali waterpolo nisa – Awwissu
Zea Montfort (Għawm Artistiku)– Settembru
Lijana Sultana (Squash) – Ottubru
Matti Satariano (Darts) – Novembru
Haley Bugeja (Football) – Diċembru
“Atlas jemmen tassew fil-valuri sportivi tal-impenn, passjoni u rispett,” qal Matthew von Brockdorff, Managing Director u CEO ta’ Atlas Insurance. “Huwa ta’ unur u privileġġ li flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sport, qed inkunu protagonisti għat-tieni sena konsekuttiva sabiex nirrikonoxxu s-suċċessi u t-talenti ta’ dawn l-atleti żgħażagħ li qed ikunu ta’ ispirazzjoni. F’isem il-kumpanija Atlas Insurance, nawguraw lir-rebbieħa kollha ta’ kull xahar għall-premju ferm mistenni tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2021!”
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar
Ritratt: Ir-rebbieħa kollha tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tax-Xahar fl-2021
Leave A Comment