Il-President tagħna, is-Sur Sandro Micallef indirizza preżentazzjoni fermi interessanti lill-istudenti tal-Junior College, waqt waħda mis-sessjonjiet tal-Basic Course in Journalism Enrichment Programme (EP).
Fil-preżentazzjoni tiegħu, Micallef tkellem dwar il-prospetti ta’ dual career, fejn wieħed jaħdem fuq is-suġġett li jkun speċjalizza fih u fl-istess ħin ikollu karriera fil-ġurnaliżmu sportiv fuq bażi part-time. Micallef ta wkoll ħarsa interessanti fuq l-irwol tal-ġurnalist, fejn mill-esperjenza personali ta diversi eżempji prattiċi f’dan il-qasam. Huwa stieden ukoll lill-istudenti preżenti sabiex iqattgħu ġurnata fl-istazzjon tax-xandir nazzjonali għall-esperjenza ta’ job shadowing.
Il-Journalism EP, li huwa kors akademiku mifrux fuq sena, huwa wieħed mill-ħafna programmi fil-Junior College li joffri lill-istudenti edukazzjoni ħolistika. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku tal-Basic Course in Journalism EP webpage.
Leave A Comment