Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, l-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) flimkien mall-Malta Football Association (MFA), il-Malta Football Referees Association (MFRA) u l-Malta Football Coaches Association (MFCA), se jerġgħu jingħaqdu għat-turnament tradizzjonali ta’ Boxing Day, li kien ilu jsir għal diversi snin. Dan it-turnament kwadrangolari isir bejn it-timijiet tal-futbol magħmula minn ġurnalisti sportivi, kowċis, staff tal-MFA u referis.
Dan it-turnament, se jiġi organizzat nhar it-Tnejn 26 ta’ Diċembru 2022, mit-8:30 a.m., fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali. L-E.T. il-President ta’ Malta George Vella se jkun qed jattendi għal din l-attività u se jagħti l-kick off tat-tieni sett ta’ logħbiet fl-10:00 a.m.
Bħalma hija d-drawwa, se jinġabru donazzjonijiet minn dawk preżenti b’risq l-Istrina. Il-pubbliku in ġenerali huwa wkoll mistieden sabiex jattendi u jagħti d-donazzjoni tiegħu.
Leave A Comment