Tħabbru l-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jirrikonoxxu l-kisbiet sportivi tas-sena 2022. Il-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sport li vvutaw kienu jammontaw għal 59 sabiex issa tħabbru s-sitt finalisti għal kull kategorija. Waqt is-serata se jingħataw ukoll żewġ rikonoxximenti għall-aħjar żewġ atleti ta’ Special Olympics Malta u l-unur tal-Attività Internazzjonali tas-Sena, b’dan tal-aħħar fuq l-għażla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Jingħata wkoll il-People’s Choice Award, bis-sehem tal-pubbliku ġenerali.
Intant f’konferenza stampa li saret fis-Sala Teddie Borg fil-Kumpless Sportiv ta’ SportMalta fil-Kottonera u li xxandret diretta fuq il-midja soċjali, il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef qal li jinsab sodisfatt bil-parteċipazzjoni tal-membri fil-proċess ta’ votazzjoni u jittama li l-għażla finali tkun tirrifletti verament il-kisbiet tal-atleti, kowċis, tims u uffiċjali tul is-sena 2022.
Micallef irrimarka li għas-serata finali se jkun hawn bħala mistiedna internazzjonali il-Membru tal-Eżekuttiv tal-AIPS Europe u President tal-Għaqda tal-Ġurnalisti Sportivi tal-Italja Gianfranco Coppola, il-Viċi President tal-AIPS Europe u President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Sportivi tal-Ungerija Gyorgy Szollosi, is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazjoni tal-Ġurnalisti Sportivi ta’ Ċipru Mikaelo Papadakis u l-eks atleta rebbieħa tal-midalji tad-deheb għal Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li kienu saru 20 sena ilu f’Malta Tanya Blake. Blake kienet ukoll irrappreżentat lil Malta fl-Olimpjadi tas-Sajf li kienu saru f’Ateni fl-2004.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Lorraine Cunningham għamlet appell lill-finalisti, lill-kowċis u lill-familjari tal-finalisti sabiex ħadd ma’ jipprova javviċina jew jinfluwenza xi ġurnalist fl-għażla tal-vot finali. Individwi li jagħmlu dan ikunu skwalifikati immedjatament mill-proċess tal-għażla.
It-63 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 25 ta’ Frar fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Univeristà ta’ Malta, b’xandira diretta fuq TVM Sport+ li tibda fit-tmienja ta’ filgħaxija bir-Red Carpet u tkompli bis-Serata Finali.
Il-finalisti tat-63 edizzjoni huma dawn:
SPORTIV TAS-SENA
Isaac Bezzina – Judo
Cliferty Calleja – Horse Racing
Kurt Farrugia – Para Rowing
Dejan Grech – Eight Ball Pool
Jake Tanti – Water Polo
Jeremy Zammit– Long Jump (Athletics)
SPORTIVA TAS-SENA
Ella Borg – Gymnastics
Francesca Curmi – Tennis
Katryna Esposito – Judo
Janet Richard – Athletics
Colette Sultana – Squash
Tenishia Thornton – Weightlifting
ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
Luke Bonello – Table Tennis
Chaylon Castaldi – Blackball
Alex Degabriele – Tennis
Alec Fenech – Water Polo
Nick Mercieca – Para Rowing
Nicholas Muscat – Ten Pin Bowling
ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
Philippa Busuttil – Gymnastics
Kim Camilleri Laganà – Weightlifting
Sasha Gatt – Swimming
Zea Montfort – Artistic Swimming
Lijana Sultana – Squash
Tenishia Thornton – Weightlifting
KOWĊ TAS-SENA
Melania Bajada – Football
Mario Bonello – Athletics
Jesmond Caruana – Weightlifting
Anthony Farrugia – Water Polo
Karl Izzo – Water Polo
Damian Neill – Rugby
UFFIĊJAL TAS-SENA
Peter Balzan – Water Polo
Terry Camilleri – Snooker
Alan Grima – Handball
Ronnie Spiteri – Water Polo
Anna Vassallo – Taekwondo
Rhona Xerri – Rugby
TIM TAS-SENA
National Senior Men’s Team – BASKETBALL
National Men Doubles Team – BLACKBALL
National U/25 Men’s Team – EIGHT BALL POOL
Ħamrun Spartans – FOOTBALL
National Senior Men’s Team – WATER POLO
National u/16 Boys’ Team – WATER POLO
Leave A Comment