Wara li tħabbru l-finalisti tas-seba’ kateogoriji prinċipali għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali, tħabbru wkoll il-finalisti tal-People’s Choice Award. Il-voti sabiex jintgħażel ir-rebbieħ/a tal-People’s Choice Award se jkunu magħmulin minn 40% mingħand il-pubbliku fuq l-email info@sportmalta.org.mt, 40% mill-ġurija u 20% mingħand l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi. Il-pubbliku jista’ jibgħat mhux aktar minn darba minn fuq l-istess email address.

Il-finalisti huma dawn:

PEOPLE’S CHOICE AWARD

Tenishia Thornton (Weightlifting)

Anthony Farrugia (Water Polo)

Fabio Spiteri (Triathlon)

Tara Vella Clark (Ġinnastika)

Tim Nazzjonali tan-Nisa (Malta Volleyball Association)

Lijana Sultana (Squash)

It-63 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 25 ta’ Frar fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Univeristà ta’ Malta, b’xandira diretta fuq TVM Sport+ li tibda fit-tmienja ta’ filgħaxija bir-Red Carpet u tkompli bis-Serata Finali.