Fit-tieni partita tal-lum mis-Sela Cup li hija ppreżentata minn Visit Malta, iltaqgħu Newcastle United ta’ Eddie Howe kontra t-tim Taljan ta’ Fiorentina, bil-Magpies li rnexxielhom jtemmu l-konfront fuq in-naħa rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.
L-ewwel azzjoni perikoluża tal-logħba waslet fil-25 minuta, meta Elliot Anderson għadda l-ballun lil Anthony Gordon, b’dan tal-aħħar ra x-xutt b’saħħtu tiegħu jintemm mal-lasti.
Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Newcastle fetħu l-iskor meta kien Alexander Isak li tefa’ ballun preċiż lejn Miguel Almirón li b’xutt bid-dawra tefa’ l-ballun fix-xibka. L-ewwel taqsima ntemmet 1-0 għal Newcastle United.
Ma’ kważi siegħa logħob kienu Newcastle United li reġgħu resqu viċin, meta reġa’ kien l-istess Almirón li pprova xutt ċentrali minn barra l-kaxxa u li ġie salvat tajjeb minn Michele Cerofolini.
Tmien minuti mit-tmien, Newcastle United għamlu ċert mir-rebħa bit-tieni gowl, meta kien corner ta’ Kevin Tripper li sab eżatt lil Alexader Isak li b’daqqa ta’ ras tefa’ l-ballun fix-xibka.
Skor finali: NEWCASTLE UNITED 2-0 FIORENTINA.
Referee: Michael Oliver
KLASSIFIKA
Newcastle United | 5 Punti |
Villarreal CF | 2 PuntI |
OCG Nice | 2 Punti |
ACF Fiorentina | 0 Punti |
Ritratti: Domenic Aquilina
Leave A Comment