Atlas Insurance ikkonfermaw li qed iġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom mal-Għaqda Ġurnalisti Sports għal sena oħra għall-Atlas Youth Athlete of the Month Award. Din l-inizzjattiva hija mmirata biex tippromwovi l-atleti żgħażagħ Maltin.
Matthew von Brockdorff CEO u Direttur Maniġerjali ta’ Atlas Insurance esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-unur li jingħata ta’ kull xahar li jikkumplimenta mal-valuri li tħaddan il-kumpanija Atlas Insurance. Dan l-unur iservi biex jippromwovi l-parteċipazzjoni fl-isport fost iż-żgħażagħ u s-soċjetà li ngħixu fiha. Il-kumpanija Atlas Insurance hija kburija li qed tkompli timpenja ruħha f’inizzjativa bħal din flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Min-naħa l-oħra, Sandro Micallef il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports irrimarka li dan l-unur qed jagħti imbuttatura kbira lill-atleti żgħażagħ Maltin, f’diversi dixxiplini sportivi. Li tikseb suċċess fl-isport mhux faċli u meta l-atleti jkunu għadhom żgħar hija aktar diffiċli. Permezz ta’ dan l-unur qed nuru l-apprezzament lejn is-sagrifiċċji magħmula minn dawn l-atleti żgħażagħ u nippromwovu d-diversi dixxiplini sportivi f’pajjiżna.
Fuq inizjattiva konġunta, Atlas Insurance u l-Għaqda Ġurnalisti Sports qablu li jibdew jingħataw żewġ trofej għal dan l-unur kul xahar. Wieħed għall-kisbiet lokali u l-ieħor għall-kisbiet internazzjonali ta’ dawn l-atleti żgħażagħ.
Assoċjazzjonijiet, federazzjonijiet sportivi u anke l-pubbliku ġenerali jistgħu jibagħtu n-nominazzjoniiet tagħhom għal dan l-unur. In-nominazzjonijiet għandhom jaslu b’email fuq info@maltasportsjournalists.com.
Ir-regolamenti ta’ dan l-unur jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li hu www.maltasportsjournalists.com.
Ritratt: Sandro Micallef President (MSJA) u Matthew von Brockdorff (Atlas Insurance) wara li ġie mġedded dan il-ftehim tal-unur tal-Atlas Atleta Zagħżugħ/a tax-Xahar.
Leave A Comment