Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jixtieq ifakkar lill-pubbliku li bħalissa għaddejja l-votazzjoni bl-SMS għall-unur prestiġġjuż tal-People’s Choice Award għall-64 edizzjoni tal- Għażliet Sportivi Nazzjonali.
Is-sistema tal-votazzjoni bl-SMS se tagħlaq nhar is-Sibt 2 ta’ Marzu f’nofsinhar. Din hija l-aħħar opportunità għal min jixtieq ikun parti mill-għażla tar-rebbieħ tal-People’s Choice Award.
Id-disa’ finalisti bin-numru tal-SMS rispettiv tagħhom, jidhru hawn taħt. Kull SMS jiswa €0.58 inkluż il-VAT.
MARIO BONELLO – ATLETIKA
IBGĦAT SMS FUQ 50615031
CLAYTON CASTALDI – POOL
IBGĦAT SMS FUQ 50615032
GIANLUCA CHETCUTI – SPARAR TRAP
IBGĦAT SMS FUQ 50615033
BRENT SPITERI – KICKBOXING
IBGĦAT SMS FUQ 50615034
MATTHIAS SPITERI – IBBURDJAR
IBGĦAT SMS FUQ 50615035
SOPHIE ST. JOHN – ĠINNASTIKA
IBGĦAT SMS FUQ 50615036
COLETTE SULTANA – SQUASH
IBGĦAT SMS FUQ 50615037
TENISHIA THORNTON – WEIGHTLIFTING
IBGĦAT SMS FUQ 50615038
RHONA XERRI – MALTA RUGBY FOOTBALL UNION
IBGĦAT SMS FUQ 50615039
Ivvota issa sabiex tkun parti minn dan il-premju prestiġġjuż!
L-64 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali qed tiġi organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Is-serata finali tas-Sibt 2 ta’ Marzu se tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon televiżiv TVMSport+ u l-midja soċjali tal-Assoċjazzjoni.
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tixitieq tirringrazzja wkoll lill-partners tagħha li mhux biss jgħinu f’dan l-avveniment annwali iżda jgħinu fil-promozzjoni tal-isport f’Malta: National Lottery, Atlas Insurance, Bank of Valletta, Enemed, Responsible Gaming Foundation, VisitMalta u l-Ambaxxata Franċiża f’ Malta.
Leave A Comment