Ninsabu ftit sigħat biss ‘il bogħod mill-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali organizzati mill-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fil-fatt, għada s-Sibt se ssir l-64 edizzjoni li se tkun qed tixxandar diretta fuq TVMSport+ mit-tmienja ta’ filgħaxija ‘il quddiem.
Għal din is-sena se jingħataw b’kollox 12 -il unur li huma:
Sportiv tas-Sena
Sportiva tas-Sena
Żagħżugħ tas-Sena
Żagħżugħa tas-Sena
Uffiċjal tas-Sena
Kowċ tas-Sena
Tim tas-Sena
People’s Choice Award li din is-sena huwa b’100% sms televoting li jagħlaq għada s-Sibt f’nofsinhar
Avveniment Internazzjonali tas-Sena li seħħ f’Malta u żewġ rikonoxximent lill-Atleti ta’ Special Olympics
Sport for Social Change Award, li huwa unur ġdid li beda jingħata minn din l-edizzjoni
Fis-serata mistennija jiddaħħlu żewġ membri ġodda fil-Hall of Fame tal-Għaqda Ġurnalisti Sport, lill-żewġ ġurnalisti sportivi li taw kontribut kbir tul is-snin.
Is-serata tibda permezz ta’ xandira diretta mid-Dragonara Point Ballroom tal-Lukanda Westin Dragonara b’intervisti mir-Red Carpet immexxija minn Chris Falzon u Lorraine Cunningham.
Il-preżentazzjoni minn fuq l-istage prinċipali se ssir minn Clinton Buhagiar u Janice Briffa.
L-Għażliet Sportivi Nazzjonali għal din is-sena huma appoġjati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Il-Kumitat Eżekuttiv jirringrazzja wkoll lill Bank of Valletta, Enemed, Atlas Insurance, IZIBET, Responsible Gaming Foundation, Ambassade de France a Malte, VisitMalta u l-Public Broadcasting Services.
Leave A Comment