L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) tinnota b’sodisfazzjon ir-riżultat ta’ membru minn tagħha, Joanna Camilleri, li ġiet fl-għaxar post fl-Ewropa fil-kategorija tal-VIDEO ATHLETE PROFILE fl-AIPS Sport Media Awards 2023. Il-produzzjoni awdjoviżiva tagħha dwar Filip Filipovic, wieħed mill-aqwa plejers tal-water polo ta’ kull żmien, dehret fuq l-istazzjon tal-Public Broadcasting Services, TVMsport+, waqt il-programm Swim Up.
L-AIPS Sport Media Awards huma prova ċara tax-xogħol kostanti eċċellenti fil-ġurnaliżmu sportiv, u r-rikonoxximent ta’ Joanna Camilleri huwa prova tal-abbilitajiet eċċezzjonali tal-ispjegazzjonijiet tagħha, l-attenzjoni tagħha għad-dettall, flimkien mal-passjoni tagħha għall-isport.
Ir-riżultat ta’ Camilleri ma jirriflettix biss it-talent individwali tagħha, imma wkoll il-kalibru u l-livell tal-membri tagħna kollha fl-Għaqda Ġurnalisti Sports. Dan is-suċċess għal Camilleri għandu jservi ta’ isporazzjoni għal dawk li qed jikkonsidraw li jibdew karriera fil-midja sportiva u ta’ eżempju għan-nisa li jixtiequ jidħlu f’dan is-settur. Bħala organizzazzjoni ddedikata li tippromwovi eċċellenza u innovazzjoni fil-ġurnaliżmu sportiv, l-GħĠS tħossha kburija immens bis-suċċess ta’ Joanna Camilleri, li jkompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni tal-assoċjazzjoni fil-viżjoni globali.
Ara l-vidjow minn hawn: https://fb.watch/s2OpF_0JDD/
Leave A Comment