Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ifakkar li n-nominazzjonijiet tal-
Nominazzjonijiet li jaslu tard jew li jmorru kontra r-regolamenti, bħal li jintbagħtu iktar min-nominazzjoni waħda fuq l-istess kategorija, in-nominazzjoni tiġi invalida u ma tiġix aċċettata. Deskrizzjoni qasira tas-suċċessi miksuba fl-2024 hija wkoll neċessarja f’kull nominazzjoni.
L-Assoċjazzjonijiet u l-Federazzjonijiet Sportivi huma mistiedna sabiex jinnominaw lill-atleti tagħhom fil-kategoriji stabbiliti li huma l-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena, iż-Żagħżugħ u ż-Żagħżugħa tas-Sena, il-Kowċ tas-Sena, l-Uffiċjal tas-Sena u t-Team tas-Sena.
Huma mitluba wkoll li jinnominaw għall-People’s Choice Award, fejn dan l-unur jiġi deċiż mill-pubbliku permezz tal-sms voting fuq in-numri li se jitħabbru aktar tard.
Għal din is-sena wkoll l-Għażliet Sportivi Nazzjonali se jkunu organizzati mill-Għaqda Ġurnalisti Sports u bil-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.
Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ nominazzjoni u r-regolamenti tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda Ġurnalisti Sports:
https://www.
Idħlu fuq dan il-link sabiex tagħmlu n-nominazzjoni tagħkom:
Leave A Comment