Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qiegħed jippubblika r-riżultati finali fil-kategoriji kollha tal-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li saret nhar is-Sibt l-1 ta’ Marzu, fil-Westin Dragonara Resort, f’San Ġiljan. Il-ġurnalisti li ffurmaw il-ġurija vvutaw ftit jiem qabel ma r-rebbieħa ġew imħabbra fis-Serata Finali.

Il-ġurija kienet komposta minn Mario Bonnici, Clinton Buhagiar, Charles Camenzuli, Valhmor Camilleri, Chris Cassar, Lorraine Cunningham, Chris Falzon,  Simon Farrugia u Mario Saliba. Għall-People’s Choice Award il-voti kienu 100% tal-pubbliku permezz tal-SMS.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jieħu din l-opportunità sabiex jirringrazzja mill-ġdid lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll lill-isponsors kollha tas-sostenn tagħhom biex l-edizzjoni ta’ din is-sena reġgħet kienet suċċess.

Ir-riżultat uffiċjali huwa dan:

SPORTIV TAS-SENA

1. NEIL AGIUS (GHAWM OPEN WATER)
2. LYDAN DEBONO (BLACKBALL)
3. NICO SCIBERRAS (SPARAR TRAP)
4. BRIAN CINI (SNOOKER)
5. NORBERT ATTARD (DARTS)

SPORTIVA TAS-SENA

1. TENISHIA THORNTON (WEIGHTLIFTING)
2. KATRYNA ESPOSITO (JUDO)
3. FRANCESCA CURMI (TENNIS)
4. SASHA GATT (GHAWM)
5. MICHELLE BONNICI MALLIA (BRASILIAN JIU JITSU)

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA

1. JAKE CASTALDI (POOL)
2. KAYDEN LAGANÀ (BOWLING)
3. JAYDEN CUTAJAR (WATER POLO)
4. NATHAN MIFSUD (WEIGHTLIFTING)
5. JULIAN SCERRI (SQUASH)

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA

1. KIM CAMILLERI LAGANÀ (WEIGHTLIFTING)
2. THYIS ANTONELLI (KARATE)
3. KATRINA MICALLEF (IBBURDJAR)
4. SOPHIE ST. JOHN (GINNASTIKA)
5. MICHELA SCERRI (TAEKWONDO)

KOWĊ TAS-SENA

1. MILAN ĆIROVIĆ (WATER POLO)
2. JESMOND CARUANA (WEIGHTLIFTING)
3. NOEL CASSAR (POOL)
4. CLEVION MICALLEF (BLACKBALL)
5. NOEL MERCIECA (KICKBOXING)

UFFIĊJAL TAS-SENA

1. KARL IZZO (AQUATICS – ASA)
2. BJORN VASSALLO (FUTBOL – MFA)
3. PHILIP GATT (BLACKBALL – MBF)
4. VINCENT DEGIORGIO (POOL – MPA)
5. TERRY CAMILLERI (SNOOKER – MBSA)

TIM TAS-SENA

1. TIM NAZZJONALI TAL-POOL U18
2. TIM NAZZJONALI TAL-WATER POLO TAL-IRĠIEL
3. TIM NAZZJONALI TAL-BLACKBALL U15 DOUBLES
4. TIM NAZZJONALI TAL-BLACKBALL MASTERS OVER 50
5. WEIGHTLIFTING MIXED TEAM

PEOPLE’S CHOICE AWARD

1. GIANLUCA CHETCUTI (SPARAR TRAP) 28.82%
2. BRIAN CINI (SNOOKER) 20.09%
3. RODNEY GATT (TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL) 12.84%
4. FABIO SPITERI (TRIATHLON) 10.75%
5. JAKE CASTALDI (POOL) 8.23%
6. SAM CASSAR (BADMINTON) 6.35%
7. KAYDEN LAGANÀ (BOWLING) 5.63%
8. BRYAN CORLETT (MALTA RUGBY FOOTBALL UNION) 3.64%
9. TENISHIA THORNTON (WEIGHTLIFTING) 2.53%
10. NEIL AGIUS (GHAWM OPEN WATER) 1.12%