Il-Laqgħa Ġenerali Anwali tas-sena 2015 tal-Għaqda Ġurnalisti Sports se ssir l-Erbgħa 15 ta’ Lulju 2015 fis-7pm fil-Kumpless Sportiv tal-KMS San Benedittu f’Ħal Kirkop.
Il-membri huma mħeġġa sabiex jattendu.
Notifika ta’ Laqgħa Ġenerali Anwali Għaqda Ġurnalisti Sports
Għażiż membru,
Permezz ta’ din il-kommunikazzjoni qiegħed ninfurmak li hekk kif jitlob l-Istatut tal-Għaqda Ġurnalisti Sports se tkun organizzata l-Laqgħa Ġenerali Anwali ta’ din is-sena skond id-dettalji bl-Aġenda hawn taħt:
DETTALJI:
Data: L-Erbgħa 15 ta’ Lulju 2015
Ħin: 7pm
Post: Kumpless Sportiv San Benedittu, Ħal Kirkop
AĠENDA
1. Talba 2. Qari tal-Minuti tal-aħħar AGM 3. Rapport Amministrattiv 4. Rapport Finanzjarju 5. Preżentazzjoni Sposnor Ġdid 6. Rapport ta’ Steward Said AIPS Young Reporters Programme 7. Diskussjoni libera 8. Għeluq mill-President.
Emendi għall-Istatut għandhom jaslu għand is-Segretarju permezz ta’ email jew bil-posta sa ħamest ijiem qabel id-data tal-Laqgħa.
Nittama li narak u tkun parteċipi fil-Laqgħa Ġenerali.
Tislijiet,
Sandro Micallef
Segretarju Ġenerali Għaqda Ġurnalisti Sport
Leave A Comment