Il-ġurnalist ta’ TVM Sport Sandro Micallef reġa’ kien elett fil-kariga ta’ President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-assoċjazzjoni li saret it-Tlieta filgħaxija.
Micallef okkopa din il-kariga ta’ President għal dawn l-aħħar erba’ snin u ma kienx kontestat waqt din il-Laqgħa Ġenerali Annwali. Filwaqt li rringrazzja lill-membri tal-fiduċja hu rrimarka li dan se jkun l-aħħar terminu tiegħu bħala President hekk kif jaħseb li wara tmien snin l-Għaqda Ġurnalisti Sports jkun tajjeb li jkollha tmexxija ġdida biex din l-assoċjazzjoni tal-media sportiva tibqa’ tiġedded.
Waqt il-Laqgħa Ġenerali annwali Lorraine Cunningham u Stephen Azzoaprdi kienu konfermati fil-karigi ta’ Segretarju Ġenerali u Teżorier rispettivament hekk kif ukoll huma ma kienux kontestati għal din il-kariga.
Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali, is-Segretarju Ġenerali Lorraine Cunningham ippreżentat ir-rapport amministrattiv li kien approvat unanimament hekk kif kien approvat ukoll ir-rapport finanzjarju.
Il-membri l-oħra li se jkunu qed jiffurmaw l-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għal erba’ snin li ġejjin huma Clinton Buhagiar, Antvin Monseigneur, Robert Busuttil, Domenic Aquilina u Mark Muscat.
Leave A Comment