Atlas Insurance flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sport dan l-aħħar nedew il-votazzjoni uffiċjali onlajn għall-premju tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena. Il-pubbliku ġenerali fadallu biss ftit jiem sabiex jivvota lill-atleta favorit tiegħu. Il-votazzjoni qed issir permezz ta’ like, kumment jew xi reazzjoni oħra fuq ir-ritratt individawli tal-atleta jew fl-album tal-finalisti li jidher fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Atlas Insurance: https://bit.ly/Youth-Athlete-2021. Il-votazzjoni onlajn bdiet fl-14 ta’ Jannar u tiġi fi tmiemha nhar il-Ħadd 23 ta’ Jannar.
Ir-rebbieħa kollha tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tax-Xahar fl-2021 huma eliġibli għal dan il-premju annwali. Il-voti mogħtija minn panel ta’ ġurnalisti se jġorru 60% filwaqt li l-voti tal-pubbliku se jġorru 40% tal-voti.
Ir-rebbieħa tal-premju ta’ kull xahar matul is-sena 2021 u li issa qed jissieltu għall-premju annwali huma:
Kayden Lagana (Tenpin Bowling)
Francesca Curmi (Tennis)
Mya Azzopardi (Għawm)
Jeremy Zammit (Long Jump)
It-tim nazzjonali Malti U-15 tal-Water Polo tal-Irġiel
Sasha Gatt (Għawm)
It-tim nazzjonali Malti U-17 tal-Water Polo tan-Nisa
Zea Montfort (Għawm Artistiku)
Lijana Sultana (Squash)
Matti Satariano (Darts)
Haley Bugeja (Futbol)
It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ din il-kompetizzjoni jinsabu fuq: https://bit.ly/3zSzIq5
Leave A Comment