Atlas Insurance organizzaw preżentazzjoni doppja għal plejer tal-futbol Haley Bugeja li rebħet l-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Diċembru 2021 u l-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2021.

Minħabba l-impenji kontinwi mal-klabb Taljan U.S. Sassuolo, Atlas Insurance flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports dawn kellhom jistennew il-wasla ta’ Bugeja f’Malta għal-logħbiet tat-Tim Nazzjonali tan-Nisa tal-Futbol. Il-preżentazzjoni uffiċjali ta’ dawn it-trofej u l-vawċers ta’ abiljament sportiv abbinati ma’ dawn il-premijiet gew ipprezentati lil Bugeja minn Matthew von Brockdorff, Managing Director u CEO, u Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance. F’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm preżenti is-Segretarju Ġenerali Lorraine Cunningham u l-Amministratur Stephen Azzopardi.

Intant, Atlas Insurance ikkonfermaw li se jġeddu l-ftehim marbut ma’ din l-inizjattiva mal-Għaqda Ġħaqda Ġurnalisti Sports għal sena oħra.

Dawn il-premji ta’ kull xahar u dak ta’ darba f’sena ghall-unur overall jingħataw b’inizjattiva konġunta tal-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Atlas Insurance. Il-panel li jiġġudika r-rebbieħa ta’ dan il-premju jieħu nota tas-suċċessi miksuba matul dak ix-xahar u fl-istess ħin jistieden lill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi sabiex jibagħtu n-nomini tagħhom. In-nominati li jiġu evalwati jridu jkunu atleti taħt il-21 sena. Ir-rebbieħa ta’ kull xahar huma eliġibli għall-premju annwali.

In-nominazzjonijiet għandhom jaslu b’imejl lil info@maltasportsjournalists.com. Ir-regolamenti ta’ dan l-unur jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li hu www.maltasportsjournalists.com.

Ritratt: Mix xellug: Matthew von Brockdorff, Managing Director u CEO (Atlas Insurance), Haley Bugeja, Lorraine Cunningham Segretarju Ġenerali (MSJA) Robert Micallef, Chief Commercial Officer (Atlas Insurance)