Hekk kif kien imħabbar qabel it-62 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) qiegħed jippubblika r-riżultati finali fil-kategoriji kollha. Il-ġurnalisti li ffurmaw il-ġurija vvutaw il-Ħamis filgħaxija qabel ma r-rebbieħa ġew magħrufa s-Sibt filgħaxija u għaldaqstant kif kien imwiegħed hawn taħt għandkom ir-riżultat uffiċjali:
Infakkrukom li l-ġurija kienet komposta minn Antvin Monseigneur (Kap tal-Ġurija), Domenic Aquilina (Malta Independent), Stephen Azzopardi (GħĠS), Mario Bonnici (One), Valhmor Camilleri (Times of Malta), Chris Falzon (PBS), Liam Farrugia (Media Link), Gavin Muscat (Newsbook) u Mario Saliba (Union Press)
L-Eżekuttiv tal–Għaqda Ġurnalisti Sports jieħu din l-opportunità sabiex jirrringrazzja lil SportMalta, lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll lill-isponsors kollha tas-sostenn tagħhom biex l-edizzjoni ta’ din is-sena reġgħet kienet suċċess.
Leave A Comment