L-Għaqda Ġurnalisti Sports tagħmel referenza għar-reazzjoni minn ċerti setturi u individwi wara kumment li għadda fuq Facebook il-ġurnalist membru Antvin Monseigneur b’rabta mat-tim nazzjonali ta’ Franza.
Filwaqt li l-GħĠS hija konvinta li ma kien hemm ebda intenzjoni minn naħa tal-ġurnalist konċernat biex titfa’ dell ikrah fuq xi settur tas-soċjeta’, titlob li għandu jkun hemm maturita’ minn kull settur fejn filwaqt li ċertu kumment seta’ ġie evitat daqstant ieħor ħaddieħor m’għandux jara kif a skapitu ta’ kumment li jkun għamlu ġurnalist tinħloq storja u kummenti bil-għan biex titnaffar l-integrita’ tal-ġurnalist u tal-media tal-isport.
Leave A Comment