L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lil Charles Camenzuli li iktar kmieni llum kien elett b’mod unanimu fil-kariga ta’ President tal-AIPS Europe waqt it-80 Kungress tal-AIPS li qed isir f’Seoul u Pyeongchang il-Korea t’Isfel.
Waqt l-Assemblea Ġenerali tal-AIPS Europe ġie elett ukoll kumitat eżekuttiv ġdid li se jmexxi għal terminu ta’ erba’ snin bil-karigi eżekuttivi l-ġodda se jkunu okkupati minn Predrag Milinkovic mis-Serbia bħala Segretarju Ġenerali u minn Murat Agca tat-Turkija bħala Teżorier fost l-oħrajn.
Il-Kariga ta’ President tal-AIPS Europe ta’ Camenzuli tagħti wkoll post bħala wieħed mill-Viċi Presidenti fl-Eżekuttiv Internazzjonali tal-AIPS.
Hekk kif kien ħabbar iktar qabel Camenzuli mhux se jibqa’ jokkopa l-kariga ta’ President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Malta u għaldaqstant it-tmexxija u r-responsabilita’ taqa’ issa b’mod temporanju f’idejn il-Viċi President Mario Bonnici tal-anqas sal-laqgħa ġenerali anwali tal-GħĠS li jmiss li se ssir f’Lulju 2017.
Leave A Comment