Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports (Malta Sports Journalists Association) jilqa’ b’sodisfazzjon d-deċiżjoni tal-Gvern li jerġa’ jaħtar Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport.
L-Għaqda Ġurnalisti Sports publikament tjirringrazzja lill-Onorevoli Chris Agius li ħadem id f’id mal-Għaqda Ġurnalisti Sports f’dawn l-aħħar tliet snin kemm kien ilu jokkupa l-karika ta’ Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-GħĠS jawgura lil Onr.r Aguis wara li reġa’ kien elett fil-Parlament Malti u jawguralu fil-kariga ġdida bħala Segretarju Parlametari responsabbli mis-Suq tal-Propjeta’.
Fl-Istess waqt l-Għaqda Ġurnalisti Sport tifraħ lil Dr Clifton Grima li kien maħtur bħala Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji u tħares ‘l quddiem b’ottimiżmu sabiex tkun estiża r-relazzjoni tajba li teżista bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sport, SportMalta u l-Gvern.
Leave A Comment