L-Għaqda Ġurnalisti Sports issellem lil JOAN GALEA NAUDI wara li f’dawn il-ġranet tħabbret il-mewt tagħha fl-eta’ ta’ 75 sena. Galea Naudi kienet ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni tal-kategorija tan-nisa fl-Għazliet Sportivi Nazzjonali fl-edizzjoni 1964 organizzata minn Benny Pace.

Il-karriera fl-isport ta’ Joan Galea Naudi kienet mill-aqwa fejn kienet waħda mill-ewwel atleti nisa li ħadet sehem f’kompetizzjonijiet ta’ water skiing, speedboats, squash, darts, tabletennis u għawm fejn kienet tispeċjalizza f’għawm fit-tul fejn fis-snin 60 għamet darbetjn bejn Malta u Ghawdex.

Fl-1961 kienet l-uniku membru femminili fil-Malta Scooter Club li kien wettaq ir-record dinji ta’ Endurance Scootering.

Fl-1997, fl-eta’ ta’ 60 sena, b’risq il-Hospice Movement, kienet qabżet bil-parachute minn helicopter minn għoli ta’ 12,000 pied.

B’rikonoxximent ta’ dak li wettqet fix-xena tal-isport Malti, fl-1998 hija ġiet ippremjata bil-Medalja għal Qadi tar-Repubblika.

 

L-Għ.Ġ.S tgħati l-kondoljanzi lil familja Galea Naudi.