L-Għaqda Ġurnalisti Sports tixtieq tagħmel referenza għall-Istqarrija li ħarġet dalgħodu iffirmata mis-Sur Mario Meli dwar it-twaqqif tal-iSport Press Malta.

L-Għaqda Ġurnalisti Sport b’dispjaċir permezz ta’ din l-istqarrija se jkolla tikxef il-vera raġuni wara d-deċiżjoni li s-Sur Meli qed jipprova jwaqqaf assoċjazzjoni ta’ ġurnalisti tal-iSport oħra.

Tajjeb li l-ġurnalisti tal-iSport u l-publiku in[enerali ikunu infurmati li s-Sur Meli li fl-aħħar terminu tal-Eżekuttiv tal-GħĠS kien jokkupa l-kariga ta’ Teżorier għażel li bi ksur tal-istatut ma’ jippreżentax ir-rapport finanzjarju quddiem il-membri u ddeċida li ma jattendiex għal-Laqgħa Ġenerali Anwali. Dan għamlu wara li b’mod sfaċċat ma qabilx li kellha ssir Elezzjoni demokratika waqt il-Laqgħa Ġenerali Anwali. Is-Sur Meli wara li tefa’ n-nominazzjoni għall-kariga ta’ Teżorier għal-terminu ieħor għażel li jirtira n-nominazzjoni tiegħu siegħa biss qabel l-elezzjoni għaliex beża’ li jmur quddiem il-membri tal-għaqda għall-ġudizzju tagħhom. Dan għamlu wara li kien se jkun ikkontestat għall-ewwel darba wara ħafna snin.

Mas-Sur Meli irtiraw ukoll in-nominazzjoni tagħhom is-Sinjuri Daniel Buhagiar, Willie Vassallo, u Kenneth Vella li kollha beżgħu minn proċess demokratiku li kellu jwassal għall-għażla tal-Eżekuttiv għat-terminu li jmiss. Dawn irtiraw in-nnominazzjoni tagħhom wara li kien se jkun hemm ukoll elezzjoni għal numru ta’ membri fl-Eżekuttiv.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports b’dispjaċir tinnota li l-kunflitt intern fi ħdan l-Eżekuttiv inqala’ wara l-insistenza fl-aħħar sentejn u d-deċiżjoni tas-Sur Meli li baqa’ jaġevola l-Kunsill Malti għall-ISport fl-Organizazzjoni tal-Isport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali u dan għad-detriment tal-integrita tal-istess Għażliet Sportivi Nazzjonali li f’dawn l-aħħar snin ġew hi jacked mill-istess KMS. Huwa evidenti għalhekk li l-vera mottiv li s-Sur Meli baqa’ jinsisti u ried li l-KMS jibqa’ jorganizza l-Isport Malta Awards b’dan il-mod bombastiku kif sar fl-aħħar snin kien biss għaliex kien hemm interessi personali fosthom il-fatt li hi kien u għadu jagħmel xi xogħol mal-KMS. Ta minn jonnota wkoll li l-membri fi ħdan l-għaqda l-ġdida Sport Press Malta huma wkoll motivati b’interess u bias lejn il-KMS fejn is-Sur Kennth Vella hu Direttur fi ħdan il-Bord tad-diretturi tal-KMS u s-Sur Willie Vassalo hu missier iċ-Chairman Bernard Vassalo. Dan hu mod sfaċċat eżempju ħaj ta’ kunflitt ta’ interess u issa ħareġ ċar li l-interess primarju ma’ kienx il-ġid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports iżda l-lealta’ lejn il-Kunsill Malti għall-Isport li għal dawn il-membri kien jiġi qabel l-interss lejn l-Għaqda tagħna.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiddikjara li hi qatt ma kienet kontra l-fatt li l-iSportivi Nazzjonali jkunu organizzat b’mod konġunt mal-KMS iżda kient kontra l-fatt kif kienu jiġu organizzati u kontra l-fatt li ċertu deċiżjonijiet ma’ kienux jiġu kkomunikati u kkonsultati mall-GħĠS. L-GħĠS kienet u għada kontra l-kunċett li tant insista li jidaħħal il-KMS dak li jingħata l-premju SportMalta Award li sfortunatament jitfi u jimmina l-importanza tal-premijiet Sportiv u Sportiva tas-Sena liema unuri ilhom tradizzjoni ma’ dawn l-Għażliet għal dawn l-aħħar 40 sena.

Fid-dawl ta’ dan l-Għaqda Ġurnalisti Sports lesta taħdem ma’ kull istituzzjoni fosthom mal-istess KMS fl-interess primarju tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali fil-futur bil-kundizzjonijiet maqbula miż-żewġ naħat u b’kuntratt defint ta’ snin li minnu tibbenefika anke finanzjarjament l-GħĠS.

Finalment l-Għaqda Ġurnalisti Sports qed tikkomunika li żżomm id-dritt li tipproċedi permezz ta’ passi legali fil-konfront tas-Sinjuri Mario Meli, Kenneth Vella, Willie Vassallo u Daniel Buhagiar sabiex tissalvagwardja l-integrita u l-interess tagħħa u tal-membri fi ħdana.

 

Sandro Micallef

Segretarju Ġenerali

Għaqda Ġurnalisti Sports Malta