L-Għaqda Ġurnalisti Sports tilqa’ b’sodisfazzjoni id-digriet tal-Qorti maħruġ mill-Maġistrat Joseph Mifsud fejn ta ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-ġurnalist sportiv Antvin Monseigneur.
Il-Każ jirrelata ma’ aggressjoni li saret minn Francis Melito Muscat magħruf bħala Frankie Muscat fil-konfront ta’ dan il-ġurnalist fit-23 ta’ Settembru 2017, wara li kienet għada kemm intemmet attivita’ tal-Għaqda Ġurnalisti Sports fil-Luxol Grounds f’Pembroke.
L-Aggressjoni saret wara li l-ġurnalist, ftit jiem qabel, kien irraporta li s-Sur Muscat kien qed jattendi l-logħbiet tal-Waterpolo tal-ASA waqt li kient qed jiskonta sentenza ta’ dixxiplina mill-ASA li kienet tipprojbixxi lilu milli jidħol fil-Pixxina Nazzjonali għal perjodu speċifiku.
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tilqa’ b’sodisfazzjon aktar il-fatt li f’dan il-digriet is-Sur Muscat qed ikun projbit milli jidħol fl-impjanti sportivi kollha f’Malta u f’Għawdex, fost kundizzjonijiet oħra.
Dan hu sinjal b’saħħtu mill-Qrati Maltin li qed iwasslu messaġġ ċar favur il-protezzjoni tal-ġurnalisti li huma wieħed mill-pilastri ewlenin tad-demokrazija f’pajjiżna.
Il-Kawża mistennija tkompli fit-3 ta’ Jannar 2018.
Leave A Comment