Kumitat Organizattiv:
SportMalta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali huma mmexxija minn Kumitat Organizattiv magħmul minn:
Chairman, 3 membri mill-Għ.Ġ.S u 3 membri minn SportMalta.
Il-Kumitat Organizattiv jinħatar għal organizazzjoni ta SportMalta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali għal perjodu li jkopri l-organizazzjoni u xoljiment ta’ l-edizzjoni li għalija jkun iħatar.
Kategoriji:
SportMalta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali jinkorporaw is-segwenti:
- L-Isportiv tas-Sena
- L-Isportiva tas-Sena
- It-Tim tas-Sena
- L-Uffiċjal / Amminisratur tas-Sena
- Il-Kowċ tas-Sena
- L-Atleta Żgħażugħ tas-Sena – irġiel
- L-Atleta Żgħażugħ tas-Sena – nisa
- Rikonoxximent : L-Avveniment tas-Sena
- Rikonoxximent : Atleti b’Abilitajiet Differenti
Għall-kartegoriji mill-1 sas 7 jikkwalifikaw dawk illi matul is-sena ta’ sport: mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena partikolari jkunu kisbu riżultati pożittivi fl-isport rispettiv tagħhom fuq livell internazzjonali u / jew riżultat notevoli fuq livell nazzjonali.
Riżultati f’kompetizzjonijiet internazzjonali jitkejjlu fuq riżultati miksuba f’dik is-sena ta’ sport fuq is-segwenti :
- Logħob Olimpiku / Sajf / Xitwa / Żgħażagħ
- Kampjonati tad-Dinja
- Kampjonati tal-Ewropa
- Logħob tal-Commonwealth / Żgħażaġħ
- Logħob tal-Mediterran / Beach Games
- Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa
- Logħob ieħor internazzjonali li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti.
- Logħob iehor internazzjonali li jaqa’ taħt il-ġuristizzjoni tal-assoċjazzjonijiet / federazzjonijiet internazzjonali li l-assoċjazzjoni / għaqda nazzjonali tkun affiljata magħhom.
- Kampjonati Nazzjonali.
Nominazzjonijiet:
In-nominazzjonijiet minn kull għaqda nazzjonali tal-isport affiljata mal-Kumitat Olimpiku Malti u / jew rikonoxxuta minn SportMalta jitressqu fit-terminu ta’ żmien stipulat mill-Kumitat Organizattiv ta’ SportMalta Awards l-Għazliet Sportivi Nazzjonali .
Il-Kumitat Organizattiv ta’ SportMalta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali jżomm id-dritt li jinnomina, jaċċetta u / jew jirrifjuta kull nominazzjoni oħra li fid-diskrezzjoni tiegħu jħoss li b’tali deċiżjoni il-firxa tan-nominazzjonijiet tkun l-aktar waħda ġusta u reali.
Jikkwalifikaw dawk l-atleti, uffiċjali, amministraturi, timijiet – skond il-kategoriji hawn fuq indikati li jkunu rrappreżentaw lil-Malta fl-isport rispettiv tagħħom matul dik is-sena partikolari.
Mal-Kategorija ‘Sportiv tas-Sena’ u ‘Sportiva tas-Sena’ hemm abbinat it-Trofew Għaqda Kittieba Sports (illum Ghaqda Gurnalisti Sports) – xogħol l-artist Emvin Cremona.
Għall-kategorija tat-timijiet jikkwalifikaw dawk magħmula minn żewġ persuni jew aktar inklużi ‘doubles’, timijiet tar-relay, timijiet ‘mixed’ u timijiet ‘masters’.
Jikkwalifikaw dawk l-atleti żgħażagħ illi fis-sena partikolari ta’ sport ikunu sal-età ta’ 17 il-sena u aktar iżda ma jkunux għalqu l-età ta’ 18-il sena.
Din tapplika għaż-żewġ kategoriji.
Ma’ din il-Kategorija/i hemm abbinat it-Trofew John Debattista.
Għall-kategoriji 8 u 9 u għal kull kategorija oħra ulterjuri ir-rokonxximent lil min dovut ikun deċiż mill-Kumitat Organizattiv ta’ SportMalta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali illi jżomm id-dritt li jitlob rakkomandazzjoni mill-għaqda nazzjonali rispettiva biex isaħħaħ l-għażla.
Fiċ-ċirkostanza li jirrizulta li xi nominazzjoni fil-perjodu tal-proċess ta’ għażla tkun qed iġġorr magħha xi deċiżjoni ta’ dixxiplina, azzjoni fil-Qrati tal-Ġustizzja, każ ta’ Doping u kull każ ieħor li jmur kontra l-etika tal-isport, tali nominazzjoni tkun awtomatikament miċħuda u eliminata.
Dawk kollha nominati f’kull kategorija jkunu intitolati għal Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni maħruġ mill-Kumitat Organizattiv.
Leave A Comment