Il-Boxer Ċampjin tal-Kategorija Featherweight fl-Italja Carmine Tommasone, li kien il-mistieden tal-Għaqda Ġurnalisti Sports fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isportivi Nazzjonali, il-Ħadd attenda għall-avveniment tal-Malta Boxing Federation li sar fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.
L-avveniment kien sanzjonat mill-AIBA u preżenti f’Malta kien hawn ukoll il-President tal-MBF Patrick Schaerrer. Il-Boxer Taljan Tommasone kien ippreżentat b’tifkira tal-okkażjoni mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef u mis-Segretarju Organizattiv Antvin Monseigneur bħala ġest ta’ ringrazzjament talli aċetta l-istedina ta’ SportMalta u l-l-GħĠS li attenda għall-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali.
Min naħa tiegħu Tommasone irregala lill-Għaqda Ġurnalisti Sports l-ingwanti li uża għall-preparazzjoni għall-Olimpijadi ta’ Rio 2016, u x-Shorts li bih se jkun qed jiġġieled fis-sena 2019 bil-logo tal-kumpanija Matchroom Sports li hija waħda mill-ikbar kumpaniji ta’ promoturi internazzjonali fix-xena tal-Boxing.
Leave A Comment