SELEZZJONI TAS-SEMI FINALISTI – SPORTIVI NAZZJONALI 2020 (SENA BAŻI 2019)
KATEGORIJA SPORTIV TAS-SENA
- Mauro ANASTASI – Ten Pin Bowling
Champion Nazzjonali u rebbieħ ta’ tliet midalji tal-fidda fil-Kampjonat tal-Mediterran kategorija singles, All Events u Masters.
- Keith AZZOPARDI – Kickboxing
Għandu t-titlu ta’ World Kickboxing Network Professional bir-regoli full contact kif ukoll fil-kategorija K-1.
- Gianluca CHETCUTI – Sparar
Rebaħ il-midalja tad-deheb fid-double trap waqt il-logħob tal-pajjiżi żgħar li saru fil—Montenegro.
- William CHETCUTI – Sparar
Kiseb il-midalja tal-fidda fid-double trap waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fil-Montenegro u spiċċa fil-11 il-post fil-Kampjonat tad-Dinja. Kiseb ukoll il-midalja tal-fidda fit-trap fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.
- David FARRUGIA – Raffa
Spiċċa fid-disa’ post fil-Kampjonat tad-dinja li saru l-Arġentina fis-sezzjoni singles minn 21 pajjiż. Spiċċa fit-tielet post fil-Kampjonati Ewropej li saru f’Innsbruck, fl-Awstrija.
- Antonio FLORES – ParaOlympics
Fis-sena 2019, ikkompeta fil-logħob Para Olimpiku. Lokalment ħa sehem fil-100m f’ħin ta’ 12.89s kif ukoll fil-World Para Athletics Paris Grand Prix kemm fil-100m u 200m bi preparazzjoni għall-logħob paraolimpiku ta’ din is-sena.
- Rodney GATT – Tiġrijiet taż-Żwiemel
L-ewwel Malti li kkwalifika għall-Kampjonat tad-Dinja għas-sewwieqa professjonali bis-serkin fejn irnexxielu wkoll jirbaħ tiġrija. Champion ta’ Malta għat-tielet sena konsekuttiva fejn rebaħ kemm it-Tazza l-Kbira kif ukoll it-Tazza tal-President.
- Jordan GUSMAN – Atletika
Rebaħ żewġ midalji tad-deheb fil-5000 metru u 10,000 metru kif ukoll midalja tal-fidda fl-1500 metru waqt il-logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Waqqaf rekord nazzjonali ġdid fl-10,000 metru.
- Scott MUSCAT – Pool
Sar champion Ewropew ta’ taħt it-23 sena fil-kampjonati tal-pool li saru fl-Irlanda.
- Jeremy SAYWELL – Judo
Rebaħ midalja tal-fidda waqt il-logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro.
SELEZZJONI TAS-SEMI FINALISTI – SPORTIVI NAZZJONALI 2020 (SENA BAŻI 2019)
KATEGORIJA SPORTIVA TAS-SENA
- Sue ABELA – Ten Pin Bowling
Abela kellha midalja tad-deheb fid-Doubles u tliet Midalji tal-Fidda fis-Singles, All Events u Masters waqt il-Kampjonat tal-Mediterran. Saret l-ewwel mara Maltija li lagħbet logħba perfetta (300 punt).
- Claire AZZOPARDI – Atletika
Rebħet midalja tal-fidda fil-Long Jump waqt il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Montenegro. Waqqfet rekord nazzjonali ġdid fit-Triple Jump
- Mya AZZOPARDI – Għawm
Rebbieħa ta’ tliet midalji tal-bronz fil-200 metru Individual Medley, 4 x 100m Freestyle Relay u 4 x 200m Freestyle Relay waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Irnexxielha tistabbilixxi 12 il-rekord nazzjonali.
- Eleanor BEZZINA – Target Shooting
Kisbet il-midalja tad-deheb fit-10m Air Pistol waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro.
- Lisa Marie BEZZINA – Atletika
Rebħet żewġ midalji tad-deheb fil-5000 metru u l-10000 metru waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Rebħet in-nofs maratona ta’ Pisa għat-3 sena konsekuttiva fejn kisret ir-rekord Nazzjonali.
- Hannah CUTAJAR – Triathlon
Spiċċat l-ewwel mara fil-European Age Group Sprint Triathlon f’Kazan ir-Russja kif ukoll temmet fit-tieni post fl-Iron Man tal-kategorija tagħha f’Dubai. Ir-riżultati miksuba internazzjonalment tawha l-kwalifikazzjoni għas-Super League Triathlon series.
- Kimberly STANTON – Karate
Rebħet midalja tad-deheb waqt il-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi Żgħar li saru l-Islanda. Kisbet ukoll midalja tal-bronz fil-Polish Open.
- Colette SULTANA – Squash
Rebħet midalja tad-deheb fil-Women’s Professional Event waqt l-Arafura Games. Semi Finalista fil-Women’s Professional Event Western Australia. Captain tat-tim rebbieħ tal-Queensland State Premier League.
- Sara XUEREB – Ten Pin Bowling
Kisbet midalja tad-deheb fid-Doubles u tliet midalji tal-bronz fis-Singles, All Events u Masters waqt il-Kampjonat tal-Mediterran. Barra minn hekk rebħet ukoll midalja tal-fidda fis-singles u midalja tal-bronz fil-Masters waqt il-Kampjonat Ewropew taż-Żgħar.
- Yasmin ZAMMIT STEVENS – Weightlifting
Fil-Kampjonat Ewropew għall-Pajjiżi Żgħar spiċċat l-ewwel fil-Women Overall, it-tieni fil-Women’s Team u t-tielet fil-Mixed Team, it-tielet fit-Tazza tal-Mediterran f’San Marino kategorija 71 kilogramma, fis-17-il post fil-Kampjonat Dinji f’Pattaya kategorija 71 kilogramma u fit-18 il-post fil-Kampjonat Ewropew f’Batumi kategorija 64 kilogramma.
SELEZZJONI TAS-SEMI FINALISTI – SPORTIVI NAZZJONALI 2020 (SENA BAŻI 2019)
KATEGORIJA KOWĊ TAS-SENA
- Natalya BEREHOVA – Ġinnastika
Fil-Ġinnastika artistika kellha kompetituri li ġabu midalji u riżultati waqt kompetizzjonijiet Internazzjonali. Ipparteċipaw għall-ewwel darba fil-Kampjonati tad-Dinja taż-Żgħar, fl-EYOF u Comegym Junior Mediterranean Games kif ukoll ħadu sehem fi training camp internazzjonali.
- Denis BRAIDOTTI – Judo
Kien strumentali fid-dixxiplina tal judo u judokas bħala kowċ nazzjonali li qiegħed jieħu ħsieb fosthom il-midalji tal-Loghob tal-Pajjiżi ż-żgħar u oħrajn.
- Adrian CAMILLERI – 8 Ball
It-Tim tiegħu rebaħ il-midalja tad-deheb fl-EBA National Cup fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena f’Ċipru.
- Jesmond CARUANA – Weightlifting
Jikkowċja diversi atleti li kisbu suċċess internazzjonalment fosthom Yasmin Zammit Stevens u Tenishia Thornton.
- Edward CARUANA DINGLI – ParaOlympics
Eks-għawwiem mat-tim nazzjonali li qed jagħti support lil Kumitat Para Olimpiku Malti. Matul l-2019 kien il-Head Coach u Team Leader tat-tim para olimpiku tal-għawm li ħadu sehem fil-kampjonati Para Olimpiċi tal-għawm tad-Dinja fl-Ingilterra u l-Italja.
- Carmel CILIA – Pool
Protagonist u mexxa lit-Tim Malta A jilħaq riżultati ferm tajbin fil-pool fosthom waslu sal-finali fil-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet wara rebħa tajba kontra Franza.
- Gabriel DOBRE – Futsal
Wassal lil Luxol Futsal sabiex saru champions tal-kampjonat domestiku kif ukoll aktar tard pprepara lit-tim biex jilgħab fil-UEFA Futsal Champions League.
- Jesmond GIORDMAINA – Lotta
Ħadem bħala kowċ nazzjonali tal-lotta sabiex ikompli jara livell tajjeb kemm f’Malta kif ukoll fl-atleti barra mill-pajjiż. Kien parti mill-organizzazzjoni ta’ turnament internazzjonali li ġie organizzat f’Malta.
- Karl IZZO – Waterpolo
Kowċ tat-timijiet Nazzjonali tal-Kbar u taħt is-17 il-sena li t-tnejn li huma kkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej.
- Noel MERCIECA – Kickboxing
Kowċ ta’ Keith Azzopardi, Diane Schembri Xerri u Wendy Amber Pace li kisbu suċċessi internazzjonali matul l-2019.
SELEZZJONI TAS-SEMI FINALISTI – SPORTIVI NAZZJONALI 2020 (SENA BAŻI 2019)
KATEGORIJA UFFIĊJAL TAS-SENA
- Paul BALDACCHINO – Ten Pin Bowling
Organizatur tal-Kampjonat tal-Mediterran f’Malta fejn din is-sena kien hemm rekord ta’ 16 il-pajjiż parteċipant.
- Julian BAJADA – ParaOlympics
Kien strumentali sabiex jitwaqqaf il-Kumitat Para Olimpiku Malti fejn ukoll ħadem bis-sħiħ sabiex affiljaw ruħhom mal-Kumitat Para Olimpiku Internazzjonali bil-benefiċċji kollha li din l-affiljazzjoni ġġorr magħha għat-titjib ta’ l-isport Para olimpiku lokali u għajnuna għall-atleti.
- Terry CAMILLERI – Snooker
Kien strumentali fil-logħba tas-snooker f’Malta kif ukoll barra mill-pajjiż. Huwa kkunsidrat bħala referi li laħaq livell tajjeb sal-kampjonati tad-dinja tant li kkontrolla logħbiet bejn l-aqwa pleyers mondjali.
- Joe CARUANA CURRAN – Waterpolo
Kien fil-presidenza u l-persuna li flimkien mal-kowċ u l-assistent kowċ jgħin lit-tim nazzjonali tal-waterpolo tal-kbar jikkwalifika għat-tielet darba konsekuttiva għal Kampjonati Ewropej. Kien parti ukoll mill-kwalifikazzjoni tat tim taħt is-17il sena għall-istess kampjonati
- Aaron CIANTAR – Power Boats
Organizzatur u l-moħħ wara l-Voomquest UIM World Championship
- Lionel DA SILVA – Rugby
Referi ta’ diversi logħbiet internazzjonali fil-Portugall, l-Olanda, Franza, l-Italja, Andorra u Moska.
- Tonio Mizzi – Motor Sport
President tal-Karting Club li rnexxielu jerġa jorganizza il-Kampjonat Nazzjonali wara li kien ilu ma jsir mis-sena 2010 minħabba miżuri ta’ sigurtà. Huwa rnexxielu jsib format kif jiġi pprattikat dan l-isport b’mod sigur anke waqt li kien qed jaffaċċja problemi ta’ saħħa.
- Bernard VASSALLO – Basketball
Referi internazzjonali Malti tal-basketball li ilu jaħdem sabiex jara il-livell tal-logħba titjieb speċjalment fejn jidħlu r-regoli. Kien wieħed mir-referees prinċipali tal-Kampjonati Ewropej taht it-18 -il sena.
- Godwin ZAMMIT – Ibburdjar
Commodore tal-Malta Royal Yacht Club u organizzatur tar-Rolex Middle Sea Race apparti kompetizzjonijiet oħra.
- John ZAMMIT – Ċikliżmu
Matul is-sena 2019 irċieva diversi unuri għax-xogħol tiegħu fil-qasam taċ-Ċikliżmu fosthom il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, l-inklużjoni fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti kif ukoll il-UCI Merit Award f’Harrogate
SELEZZJONI TAS-SEMI FINALISTI – SPORTIVI NAZZJONALI 2020 (SENA BAŻI 2019)
KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
- Rylee BORG (dob 05/06/2006) – Weightlifting
L-aktar żagħżugħ b’ranking għoli f’Malta fejn waqqaf rekord nazzjonali fil-kategorija 61 kilogramm. Irnexxielu jispiċċa fir-raba’ post fil-Kampjonat Soroksar l-Ungerija.
- Alex DEGABRIELE (dob 02/10/2004) – Tennis
Rebbieħ tad-doubles final fit-tournament organizzat mit-Tennis Europe li sar fil-Marsa Sports Club. Huwa lagħab flimkien mal-Grieg Theodoros Mitsakos u għelbu l-koppja Serba.
- Kayden LAGANA’ (dob 14/11/2007) – Ten Pin Bowling
Fit-Tour Ewropew taż-Żgħar irnexxielu joħroġ rebbieħ fil-Youth Open tan-Norveġja u fil-kategorija taħt it-12 il-sena tal-Irlanda, it-tieni fi Brussel u it-tielet fi Zurich. Champion Malti ta’ taħt it-tnax il-sena
- Kai LEYSHON (dob 15/12/2003) – Karate
Rebaħ midalja tad-deheb fil-logħob tal-COJI fil-kategorija kumite tas-70 kilogramma.
- Jake MUSCAT (dob 08/02/2003) – Waterpolo
L-aqwa plejer tas-sena ta’ taħt is-17- il sena. Jifforma parti mit-tim nazzjonali ta’ taħt is-17 il-sena li spiċċaw fit-12 il-post fil-Kampjonati Ewropej. Jilgħab ukoll mat-Tim Nazzjonali tal-Kbar.
- Conrad PULI (dob 28/12/2004) – Table Tennis
Champion Nazzjonali ta’ taħt il-15 il-sena. Kiseb riżultati lokali fil-kategoriji taħt it-18 u taħt il-21 sena. Ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet internazzjonali
- Richard SCHULTHEIS (dob 18/04/2005) – Ibburdjar
Spiċċa fit-tieni post fil-Kampjonat tad-Dinja Optimist f’Antigua. L-iżgħar skipper fir-Rolex Middle Sea Race. Ipparteċipa u rebaħ kważi 20 regatta matul is-sena 2019.
- Nico SCIBERRAS (05/05/2004) – Sparar
L-iżgħar tiratur trap fil-Federazzjoni Maltija. Irnexxielu jirbaħ tliet kompetizzjonijiet lokali meta ħa sehem kontra l-aktar tiraturi stabilliti lokalment. F’Marzu irnexxielu jirbaħ l-E.A.R. Trap Trophy kontra William Chetcuti.
- Kijan SULTANA (dob 05/02/2004) – Squash
Rebbieħ tan-New South Wales Junior State Title taħt is-17 il-sena, il-Bendigo Junior Open Senior Event u il-Place Barrett Property Junior Classic taħt id-19 il-sena. Spiċċa t-tieni fil-Queensland Junior Championship State Title taħt is-17 il-sena
- Jeremy ZAMMIT (02/09/2004) – Atletika
Rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Long Jump fil-European Kids Athletic Games b’rekord tal-logħob u best technical achievement minn 1500 atleta minn 20 pajjiż. Rekord Nazzjonali għal taħt is-16 il-sena fil-Long Jump
SELEZZJONI TAS-SEMI FINALISTI – SPORTIVI NAZZJONALI 2020 (SENA BAŻI 2019)
KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
- Mya AZZOPARDI (29/09/2002) – Għawm
Rebbieħa ta’ midalji tal-bronz fil-200 metru Individual Medley, 4 x 100m Freestyle Relay u 4 x 200m Freestyle Relay waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Stabilixxiet 12 –il rekord Nazzjonali
- Ella BORG (10/07/2004) – Ġinnastika
Ikkwalifikat għall-ewwel Junior Artistic World Championships, EYOF u Comegym Junior Mediterranean Games. L-ewwel overall, fil-beam u bħala tim u t-tielet fil-floor f’Novi Sad is-Serbja. It-tieni fil-floor fit-Tigers Cup Riga l-Latvja u t-tielet fil-beam fl-Ukranian Cup fi Kiev l-Ukrajna.
- Sarah CHOUCAL (06/05/2003) – Atletika
Rebbieħa ta’ midalja tad-deheb fil-Hammer, midalja tal-fidda fir-Relay u Bronze fl-400 metru u t-800 metru waqt il-logħob tal-COJI. Kisbet rekord nazzjonali ta’ taħt it-18 il-sena fil-Hammer
- Ana CULIC (24/11/2003) – Għawm Sinkroniżżat
Rebbieħa ta’ midalja tal-fidda fl-14 il-edizzjoni tas-Singapore Open Artistic Swimming Championships kategorija solo tech juniors
- Francesca CURMI (07/07/2002) – Tennis
Waslet sas-semi finali tad-doubles tat-tfajliet tal-Australian Open Junior Championship Grand Slam. Rebħet midalja tal-fidda fid-doubles waqt il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar il-Montenegro.
- Anthea CUTAJAR (06/01/2005) – Table Tennis
Champion ta’ taħt it-13, il-15 u it-18 il-sena. Ħadet sehem f’diversi kompetizzjonijiet u training camps internazzjonali. Tilgħab ma’ tim Spanjol Oroso Abanca li jinsab jokkupa l-ewwel post fil-Primera Liga Nacional.
- Sacha Gatt (22/06/2005) – Għawm
Rebħet il-midalja tal-bronz fil-4 x 200m freestyle relay waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Montenegro. Waqqfet 10 rekords nazzjonali u tliet age group rekords.
- Helene PELLICANO (17/04/2002) – Tennis
Hija l-ogħla ranked tennis player Maltija b’WTA ranking ta’ 710 u ITF junior ranking ta’ 23. Waslet sat-tieni round tas-singles main draw fir-Roland Garros u Wimbledon Junior Grand Slams. Waslet sal-kwarti tal-finali fid-doubles ta’ l-Australian Open Junior Grand Slam
- Lijana SULTANA (13/11/2006) – Squash
Rebbieħa fil-Junior Open taħt it-13 il-sena tar-Rumanija, it-tielet f’tas-Slovakkja u r-raba’ f’tal-Belġju. Waslet sal-11-il post fir-rankings Ewropej għall-bniet taħt it-13 il-sena.
- Tenishia THORNTON (01/09/2005) – Weightlifting
Rebbieħa tal-Women Grand Prix fis-Slovenja taħt il-15 il-sena u l-European Small Nations li sar f’Malta taħt is-17 il-sena. Il-ħames fil-Kampjonat Ewropew għal taħt il-15-il sena fil-kategorija 45 kilogramma fejn waqqfet żewġ rekords Ewropej fil-kategorija snatch. Diversi riżultati mill-ewwel sat-tielet post f’kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali.
SELEZZJONI TAS-SEMI FINALISTI – SPORTIVI NAZZJONALI 2020 (SENA BAŻI 2019)
KATEGORIJA TIM TAS-SENA
- EIGHT BALL – Tim Nazzjonali u/15
Dan it-tim rebaħ il-midalja tad-deheb fl-EBA Nations Cup f’Ċipru.
- FUTSAL – Tim tal-Luxol
Rebbieħa ta’ tliet logħbiet fil-UEFA Champions League Preliminary Round sabiex ikkwalifikaw għall-Main Round u irnexxielhom jieħdu punt fi grupp iebes.
- IBBURDJAR – Elusive 2
Rebbieħa ta’ l-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race kif ukoll it-tellieqa minn Sirakuża sa’ Malta, l-Offshore Challenge tar-Royal Malta Yacht Club u il-BOV Gozo Regatta.
- MOTORSPORT – Mr Whippy Racing Team
Rebbieħa ta’ l-FIA European Drag Racing Final wara li kienu ilhom ma jikkompetu internazzjonalment għal 5 snin. Spiċċaw it-tielet overall fil-Kampjonat FIA.
- POOL – Tim Nazzjonali Irġiel
Spiċċaw fit-tieni post fil-Kampjonat Ewropew li sar fl-Irlanda
- SNOOKER – Tim Kampjonat Ewropew kompost minn Tony Drago u Duncan Bezzina
Rebbieħa tal-Kampjonat Ewropew li sar is-Serbja
- TEN PIN BOWLING – Tim tan-Nisa Kampjonat tal-Mediterran kompost minn Sue Abela u Sara Xuereb
Dan it-tim kiseb il-midalja tad-deheb fil-Kampjonat tal-Mediterran li sar Malta b’numru rekord ta’ parteċipanti.
- TENNIS – GSSE Tim tan-Nisa kompost minn Francesca Curmi u Elaine Genovese
Kisbu l-midalja tal-fidda waqt il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Montenegro
- WATERPOLO – Tim Nazzjonali
Għat-tielet sena konsekuttiva kkwalifika għall-Kampjonat Ewropew
- WATERPOLO – Tim Nazzjonali u/17
Ikkwalifikaw għall-Kampjonat Ewropew u spiċċaw fit-12 il-post fil-finali li saru Tbilisi l-Ġorġja.
Leave A Comment