Saret il-preżentazzjoni tal-Atlas Youth Athlete of the Month lill-player internazzjonali tal-futbol Haley Bugeja.
Il-plejer Maltija ta’ 16 –il sena kienet rebet dan l-unur fix-xhar ta’ Ottubru 2020 iżda minħabba l-impenji tagħha fl-Italja fis-Serie A Femminile ma kinitx f’Malta.
Fil-jiem li għaddew hi kienet Malta għal btala qasira sabiex tara l-familja tagħha għall-Milied fejn saritilha l-preżentazzjoni tat-trofew u l-voucher ta’ abbiljament sportiv marbut ma’ dan l-unur. Il-Preżentazzjoni saret mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef fil-preżenza ta’ Gianluca Lia uffiċjal tal-MFA responsabbli mill-Media tat-teams Nazzjonali tan-Nisa tal-futbol.
Preżentazzjoni lil Richard Schultheis
Fl-aħħar jiem tas-sena 2020 saret ukoll il-preżentazzjoni tal-Atlas Youth Athlete of the Month lil baħħar żagħżugħ Richard Schultheis li jipprattika l-isport tal-Ibburdjar.
Schultheis kien rebaħ l-unur b’inizjattiva konġunta bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u Atlas Insurance tax-xahar ta’ Lulju 2020 iżda minħabba l-impenji tiegħu f’diversi Regattas madwar l-Ewropa l-iktar fil-Ġermanja, ma setax jirċievi fiżikament it-trofew.
Il-Preżentazzjoni lil Richard Shulthies saret minn David Cassar Manager – Business Development & Marketing ta’ Atlas Insurance fil-preżenza ta’ Sandro Micallef u Lorraine Cunningham uffċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Il-Ġimgħa d-dieħla mistenni jitħabbar ir-rebbieħ tal-aħħar unur tas-sena ta’ Diċembru 2020. Wara dan, it-tnax -il rebbieħ (propjamanet 11 b’kollox għaliex Tenishia Thornton rebħet l-unur darbtejn) jikkompetu bejniethom għall-unur tal-Atlas Youth Athlete of the Year Award b’vot konġunt bejn panel ta’ tliet ġurnalisti u tal-publiku ġenerali.
Leave A Comment