Il-Kumitat Organiżattiv tal-avveniment Nazzjonali SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li hu kompost b’mod kuġunt b’rappreżentanza bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports ifakkar lill-Assoċjazzjonijiet u l-Federazzjonijiet Sportivi Maltin li għandhom biss sa nhar il-Ħadd 14 ta’ Frar sabiex jissottomettu n-nominazzjonijiet tagħhom għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali.

L-Assoċjazzjonijiet u l-Federazzjonijiet jistgħu jinnominaw il-kandidati prospettivi tagħhom għas-seba’ kategoriji tradizzjonali li huma:

Sportiv tas-Sena
Sportiva tas-Sena
Żagħżugħ tas-Sena
Żagħżugħa tas-Sena
Team tas-Sena
Uffiċjal tas-Sena u
Kowċ tas-Sena

Is-sottomissjoni tan-nominazzjonijiet u r-regolamenti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda Ġurnalisti Sports www.maltasportsjournalists.com jew direttaament minn fuq dan il-link ta’ hawn taħt:

https://www.maltasportsjournalists.com/2021/02/09/sportmalta-awards-ghazliet-sportivi-nazzjonali-61st-edition-submissions-open/

Il-61 edizzjoni ta’ dan l-avveniment prestiġjuż; SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali,  se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu 2021 u t-tnedija uffiċjali fejn se jingħataw id-dettalji kollha se ssir nhar l-Erbgħa 17 ta’ Frar fid-9.30am. It-tnedija tal-avveniment se tixxandar diretta permezz ta’ Facebook live fuq il-paġna ta’ BeActive Sport Malta u Malta Sports Journalists Association.