3
04, 2013
3
04, 2013
6
03, 2013
Stqarrija għall-Istampa – Għaqda Ġurnalisti Sports
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tixtieq tagħmel referenza għall-Istqarrija li ħarġet dalgħodu iffirmata mis-Sur Mario Meli dwar it-twaqqif tal-iSport Press Malta. L-Għaqda Ġurnalisti Sport b'dispjaċir permezz ta' din l-istqarrija se jkolla tikxef il-vera raġuni wara d-deċiżjoni li s-Sur Meli qed jipprova jwaqqaf assoċjazzjoni ta' ġurnalisti tal-iSport oħra. Tajjeb li l-ġurnalisti tal-iSport u l-publiku in[enerali ikunu infurmati li s-Sur Meli li fl-aħħar terminu tal-Eżekuttiv tal-GħĠS kien jokkupa l-kariga ta' Teżorier għażel li bi ksur tal-istatut ma' jippreżentax ir-rapport finanzjarju quddiem il-membri u ddeċida li ma jattendiex għal-Laqgħa Ġenerali Anwali. Dan għamlu wara li b'mod sfaċċat ma qabilx li kellha ssir Elezzjoni demokratika waqt il-Laqgħa Ġenerali Anwali. Is-Sur Meli wara li tefa' n-nominazzjoni għall-kariga ta' Teżorier għal-terminu ieħor għażel li jirtira n-nominazzjoni tiegħu siegħa biss qabel l-elezzjoni għaliex beża’ li jmur quddiem il-membri tal-għaqda għall-ġudizzju tagħhom. Dan għamlu wara li kien se jkun ikkontestat għall-ewwel darba wara ħafna snin. Mas-Sur Meli irtiraw ukoll in-nominazzjoni [...]
26
12, 2012
25
12, 2012